+Artikolu 19 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
---+Article 19 1.
---+Article 19 2.
---+Article 19 3.
---+Article 19 4.
---+Article 19 5.
---+Article 19 6.

Artikolu 19 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  Fejn ċerti depożiti jew kategoriji ta’ depożiti jew strumenti oħra ma jibqgħux jiġu koperti għal kollox jew parzjalment mill-SGD wara t-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva jew id-Direttiva 2009/14/KE fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li tali depożiti u strumenti oħra li għandhom data ta’ maturità inizjali jiġu koperti sad-data ta’ maturità inizjali tagħhom jekk ikunu tħallsu jew ħarġu qabel it-2 ta’ Lulju 2014.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitanti jiġu infurmati dwar id-depożiti u l-kategoriji ta’ depożiti jew strumenti oħra li mhux ser jibqgħu koperti minn SGD mit-3 ta’ Lulju 2015.

3.  Sa meta l-livell ta’ mira jintlaħaq għall-ewwel darba, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-limiti fl-Artikolu 11(4fir-rigward tal-mezzi finanzjarji disponibbli.

4.  B’deroga mill-Artikolu 6(1), l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 2008, kienu jipprevedu għal-livell ta’ kopertura bejn EUR 100 000 u EUR 300 000 , jistgħu japplikaw mill-ġdid dak il-livell ta’ kopertura għola sal-31 ta’ Diċembru 2018. F’dak il-każ, il-livell ta’ mira u l-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu aġġustati kif xieraq.

5.  Sat-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, u, jekk xieraq, proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tistabbilixxi, kif l-SGD li joperaw fl-Unjoni jistgħu jikkooperaw permezz ta’ skema Ewropea biex jevitaw riskji li jirriżultaw minn attivitajiet transkonfinali u jipproteġu d-depożiti minn tali riskji.

6.  Sat-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni, appoġġata mill-ABE, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu, b’mod partikolari jindirizza:

(a) il-livell ta’ mira abbażi tad-depożiti koperti, b’valutazzjoni tal-adegwatezza tal-perċentwal iffissat, b’kont meħud tal-falliment tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Unjoni fil-passat;

(b) l-impatt ta’ miżuri alternattivi użati f’konformità mal-Artikolu 11(3) dwar il-protezzjoni tad-depożitanti u l-konsistenza mal-proċeduri ta’ stralċ ordinati fis-settur bankarju

(c) l-impatt fuq id-diversità tal-mudelli bankarji;

(d) l-adegwatezza tal-livell ta’ kopertura attwali għad-depożitanti; u

(e) jekk il-kwistjonijiet imsemmija f’dan is- subparagrafu ġewx trattati b’ mod li tiġi mħarsal-protezzjoni tad-depożitanti.

Sat-3 ta’ Lulju 2019, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar mudelli ta’ kalkolu u r-rilevanza tagħhom għar-riskju kummerċjali tal-membri. Meta tirrapporta, l-ABE għandha tieħu kont dovut tal-profili ta’ riskju tal-mudelli varji ta’ negozju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 19 1.
Where certain deposits or categories of deposits or other instruments cease to be covered wholly or partially by DGSs after the transposition of this Directive or Directive 2009/14/EC into national law, Member States may allow deposits and other instruments which have an initial maturity date to be covered until their initial maturity date if they were paid in or issued before 2 July 2014.
Article 19 2.
Member States shall ensure that depositors are informed about the deposits or categories of deposits or other instruments which will no longer be covered by a DGS from 3 July 2015.
Article 19 3.
Until the target level has been reached for the first time, Member States may apply the thresholds in Article 11(5) in relation to the available financial means.
Article 19 4.
By way of derogation from Article 6(1), Member States which, on 1 January 2008, provided for a coverage level of between EUR 100 000 and EUR 300 000 , may reapply that higher coverage level until 31 December 2018. In that case, the target level and the contributions of the credit institutions shall be adjusted accordingly.
Article 19 5.
By 3 July 2019, the Commission shall submit a report, and, if appropriate, a legislative proposal to the European Parliament and the Council setting out how DGSs operating in the Union may cooperate through a European scheme to prevent risks arising from cross-border activities and protect deposits from such risks.
Article 19 6.

By 3 July 2019, the Commission, supported by EBA, shall submit to the European Parliament and to the Council a report on the progress towards the implementation of this Directive. That report should, in particular, address:

(a) 

the target level on the basis of covered deposits, with an assessment of the appropriateness of the percentage set, taking into account the failure of credit institutions in the Union in the past;

(b) 

the impact of alternative measures used in accordance with Article 11(3) on the protection of the depositors and consistency with the orderly winding up proceedings in the banking sector;

(c) 

the impact on the diversity of banking models;

(d) 

the adequacy of the current coverage level for depositors; and

(e) 

whether the matters referred to in this subparagraph have been dealt with in a manner that maintains the protection of depositors.

By 3 July 2019, EBA shall report to the Commission on calculation models and their relevance to the commercial risk of the members. When reporting, EBA shall take due account of the risk profiles of the various business models.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.07.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0049
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.