+Artikolu 26 Ftehimiet ta’ riakkwist

Artikolu 26 Ftehimiet ta’ riakkwist

Artikolu 26

Ftehimiet ta’ riakkwist

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 68 u 71 tad-Direttiva 2014/59/UE u tal-Artikolu 24 ta’ din id-Direttiva, il-ftehimiet ta’ riakkwist għandhom ikunu rregolati biss bil-liġi tal-kuntratt li jirregola tali ftehimiet.

▼B

L-Artikolu 27

Swieq regolati

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24, transazzjonijiet magħmula fil-kuntest ta' suq regolatgħandhom ikunu iggvernati biss bil-liġi tal-kuntratt li tiggverna dan il-ftehim.

L-Artikolu 28

Prova tal-ħatra ta' l-istralċjarju

1.  Il-ħatra ta' l-amministratur jew stralċjarju għandha tkun ippruvata b'kopja ċertifikata tad-deċiżjoni oriġinali li taħtru jew b'kull ċertifikat ieħor maħruġ mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji ta' l-Istat Membru ta' oriġini.

Tista' tenħtieġ traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru ġewwa t-territorju li tiegħu l-amministratur jew stralċjarju jixtieq jaġixxi. L-ebda legalizzazzjoni jew formalità oħra simili ma hi meħtieġa.

2.  Amministraturi u stralċjarji għandhom ikunu intitolati jeżerċitaw ġewwa t-territorju ta' l-Istati Membri kollha l-poteri kollha li huma intitolati jeżerċitaw ġewwa t-territorju ta' l-Istat Membru ta' oriġini. Jistgħu jappuntaw ukoll persuni biex jassistu jew, fejn xieraq, jirrappreżentahom waqt il-miżura ta' riorganizzazzjoni jew proċeduri ta' l-istralċ, partikolarment fi Stati Membri ospitanti u, speċifikatament, biex jgħinu jegħlbu kull diffikultà li jsibu l-kredituri fl-Istat Membru ospitanti.

3.  Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, amministratur jew stralċjarju għandhom jikkonformaw mal-liġi ta' l-Istati Membri li ġewwa t-territorju tagħhom jixtiequ jaġixxu, partikolarment dwar proċeduri għar-realizzazzjoni ta' l-assi u l-għoti tat-tagħrif lill-impjegati. Dawk il-poteri ma jistgħux jinkludu l-użu tal-forza jew id-dritt li jiddeċiedi proċeduri legali jew vertenzi.

L-Artikolu 29

Reġistrazzjoni f'reġistru pubbliku

1.  L-amministratur, stralċjarju jew kull awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja fl-Istat Membru ta' oriġini jista' jitlob li miżura ta' riorganizzazzjoni jew id-deċiżjoni li jibdew il-proċeduri ta' l-istralċ tkun irreġistrata fir-reġistru ta' l-art, ir-reġistru tan-negozju u kull reġistru ieħor miżmum fl-Istati Membri l-oħra.

Stat Membru jista', iżda, jippreskrivi reġistrazzjoni obbligatorja. F'dak il-każ, il-persuna jew awtorità msemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tkun żgurata din ir-reġistrazzjoni.

2.  L-ispejjeż tar-reġistrazzjoni għandhom jitqiesu bħala spejjeż u nfiq magħmula fil-proċeduri.

L-Artikolu 30

Atti ta' detriment

1.  L-Artikolu 10 ma għandux japplika fir-rigward ta' regoli fuq in-nullità, l-annullabilità jew in-nuqqas ta' inforzar ta' atti legali li huma ta' detriment lill-kredituri fis-sħiħ, fejn il-benefiċjarju ta' dawn l-atti jipprovdi prova li:

— l-att ta' detriment lill-kredituri fis-sħiħ hu soġġett għal-liġi ta' Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' oriġini, u

— dik il-liġi ma tħallix xi mezz li l-att ikun sfidat fil-każ partikolari.

2.  Fejn miżura ta' riorganizzazjoni deċiża minn awtorità ġudizzjarja tipprovdi għar-regoli dwar in-nullità, l-annullabbilità jew nuqqas ta' infurzar ta' atti legali detrimentali għall-kredituri fis-sħiħ magħmula qabel l-adozzjoni tal-miżura, l-Artikolu 3(2) m'għandux japplika fil-każijiet ipprovduti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu..

L-Artikolu 31

Protezzjoni ta' terzi

Fejn, b'att konkluż wara l-adozzjoni ta' miżura ta' riorganizzazzjoni jew il-bidu ta' proċeduri ta' l-istralċ, istituzzjoni ta' kreditu tiddisponi, għall-konsiderazzjoni, ta':

— beni immobbli,

— bastiment jew inġenju ta' l-ajru soġġett għar-reġistrazzjoni f'reġistru pubbliku, jew

— strumenti jew drittijiet f'dawk l-istrumenti li l-esistenza jew it-trasferiment tagħhom jippresupponu li jkunu reġistrati f'reġistru, kont jew sistema ta' depożitu ċentralizzata miżmuma jew li tinsab fi Stat Membru,

il-validità ta' dak l-att għandu jkun iggvernat bil-liġi ta' l-Istat Membru ġewwa t-territorju fejn jinsab il-beni immobbli jew taħt l-awtorità ta' liema dak ir-reġistru, sistema ta' kont jew depożitu tinzamm.

L-Artikolu 32

Kawżi pendenti

L-effetti ta' miżuri ta' riorganizzazzjoni jew proċeduri ta' stralċ fuq kawża pendenti dwar beni jew dritt li minnhom l-impriża ta' l-assigurazzjoni tkun ġiet svestita għandhom ikunu iggvernati biss bil-liġi ta' l-Istat Membru fejn il-kawza hija pendenti.

L-Artikolu 33

Segretezza professjonali

Il-persuni kollha meħtieġa li jirċievu jew jagħtu informazzjoni konnessa mal-proċeduri ta' informazzjoni jew konsultazzjoni provduti fl-Artikoli 4, 5, 8, 9, 11 u 19 għandhom ikunu marbuta bis-segretezza professjonali skond ir-regoli u l-kondizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2000/12/KE, bl-eċċezzjoni ta' kull awtorità gudizzjarja li għalihom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.07.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32001L0024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.