Artikolu 26
Ftehimiet ta’ riakkwist
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 68 u 71 tad-Direttiva 2014/59/UE u tal-Artikolu 24 ta’ din id-Direttiva, il-ftehimiet ta’ riakkwist għandhom ikunu rregolati biss bil-liġi tal-kuntratt li jirregola tali ftehimiet.
▼B
L-Artikolu 27
Swieq regolati
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24, transazzjonijiet magħmula fil-kuntest ta' suq regolatgħandhom ikunu iggvernati biss bil-liġi tal-kuntratt li tiggverna dan il-ftehim.
L-Artikolu 28
Prova tal-ħatra ta' l-istralċjarju
1. Il-ħatra ta' l-amministratur jew stralċjarju għandha tkun ippruvata b'kopja ċertifikata tad-deċiżjoni oriġinali li taħtru jew b'kull ċertifikat ieħor maħruġ mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji ta' l-Istat Membru ta' oriġini.
Tista' tenħtieġ traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru ġewwa t-territorju li tiegħu l-amministratur jew stralċjarju jixtieq jaġixxi. L-ebda legalizzazzjoni jew formalità oħra simili ma hi meħtieġa.
2. Amministraturi u stralċjarji għandhom ikunu intitolati jeżerċitaw ġewwa t-territorju ta' l-Istati Membri kollha l-poteri kollha li huma intitolati jeżerċitaw ġewwa t-territorju ta' l-Istat Membru ta' oriġini. Jistgħu jappuntaw ukoll persuni biex jassistu jew, fejn xieraq, jirrappreżentahom waqt il-miżura ta' riorganizzazzjoni jew proċeduri ta' l-istralċ, partikolarment fi Stati Membri ospitanti u, speċifikatament, biex jgħinu jegħlbu kull diffikultà li jsibu l-kredituri fl-Istat Membru ospitanti.
3. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, amministratur jew stralċjarju għandhom jikkonformaw mal-liġi ta' l-Istati Membri li ġewwa t-territorju tagħhom jixtiequ jaġixxu, partikolarment dwar proċeduri għar-realizzazzjoni ta' l-assi u l-għoti tat-tagħrif lill-impjegati. Dawk il-poteri ma jistgħux jinkludu l-użu tal-forza jew id-dritt li jiddeċiedi proċeduri legali jew vertenzi.
L-Artikolu 29
Reġistrazzjoni f'reġistru pubbliku
1. L-amministratur, stralċjarju jew kull awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja fl-Istat Membru ta' oriġini jista' jitlob li miżura ta' riorganizzazzjoni jew id-deċiżjoni li jibdew il-proċeduri ta' l-istralċ tkun irreġistrata fir-reġistru ta' l-art, ir-reġistru tan-negozju u kull reġistru ieħor miżmum fl-Istati Membri l-oħra.
Stat Membru jista', iżda, jippreskrivi reġistrazzjoni obbligatorja. F'dak il-każ, il-persuna jew awtorità msemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tkun żgurata din ir-reġistrazzjoni.
2. L-ispejjeż tar-reġistrazzjoni għandhom jitqiesu bħala spejjeż u nfiq magħmula fil-proċeduri.
L-Artikolu 30
Atti ta' detriment
1. L-Artikolu 10 ma għandux japplika fir-rigward ta' regoli fuq in-nullità, l-annullabilità jew in-nuqqas ta' inforzar ta' atti legali li huma ta' detriment lill-kredituri fis-sħiħ, fejn il-benefiċjarju ta' dawn l-atti jipprovdi prova li:
— l-att ta' detriment lill-kredituri fis-sħiħ hu soġġett għal-liġi ta' Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' oriġini, u
— dik il-liġi ma tħallix xi mezz li l-att ikun sfidat fil-każ partikolari.
2. Fejn miżura ta' riorganizzazjoni deċiża minn awtorità ġudizzjarja tipprovdi għar-regoli dwar in-nullità, l-annullabbilità jew nuqqas ta' infurzar ta' atti legali detrimentali għall-kredituri fis-sħiħ magħmula qabel l-adozzjoni tal-miżura, l-Artikolu 3(2) m'għandux japplika fil-każijiet ipprovduti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu..
L-Artikolu 31
Protezzjoni ta' terzi
Fejn, b'att konkluż wara l-adozzjoni ta' miżura ta' riorganizzazzjoni jew il-bidu ta' proċeduri ta' l-istralċ, istituzzjoni ta' kreditu tiddisponi, għall-konsiderazzjoni, ta':
— bastiment jew inġenju ta' l-ajru soġġett għar-reġistrazzjoni f'reġistru pubbliku, jew
— strumenti jew drittijiet f'dawk l-istrumenti li l-esistenza jew it-trasferiment tagħhom jippresupponu li jkunu reġistrati f'reġistru, kont jew sistema ta' depożitu ċentralizzata miżmuma jew li tinsab fi Stat Membru,
il-validità ta' dak l-att għandu jkun iggvernat bil-liġi ta' l-Istat Membru ġewwa t-territorju fejn jinsab il-beni immobbli jew taħt l-awtorità ta' liema dak ir-reġistru, sistema ta' kont jew depożitu tinzamm.
L-Artikolu 32
Kawżi pendenti
L-effetti ta' miżuri ta' riorganizzazzjoni jew proċeduri ta' stralċ fuq kawża pendenti dwar beni jew dritt li minnhom l-impriża ta' l-assigurazzjoni tkun ġiet svestita għandhom ikunu iggvernati biss bil-liġi ta' l-Istat Membru fejn il-kawza hija pendenti.
L-Artikolu 33
Segretezza professjonali
Il-persuni kollha meħtieġa li jirċievu jew jagħtu informazzjoni konnessa mal-proċeduri ta' informazzjoni jew konsultazzjoni provduti fl-Artikoli 4, 5, 8, 9, 11 u 19 għandhom ikunu marbuta bis-segretezza professjonali skond ir-regoli u l-kondizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2000/12/KE, bl-eċċezzjoni ta' kull awtorità gudizzjarja li għalihom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti.