2. Fir-rigward tal-kuntratti ta’ kreditu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, din id-Direttiva la għandha taffettwa l-prinċipji tad-dritt kuntrattwali u lanqas il-prinċipji tad-dritt ċivili skont il-liġi nazzjonali fir-rigward tat-trasferiment tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu, jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, u lanqas il-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi jew lill-mutwatarji skont, b’mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 593/2008, ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012, u d-Direttivi 93/13/KEE, 2008/48/KE, 2014/17/UE u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu dawk id-Direttivi jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u d-drittijiet tal-mutwatarji.