+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
---+Artikolu 2 5
---+Artikolu 2 6

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

(a)

servizzjanti tal-kreditu li jaġixxu f’isem xerrej tal-kreditu fir-rigward tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu improduttiv jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fl-Unjoni skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli;

(b)

xerrejja tal-kreditu tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu improduttiv jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fl-Unjoni skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli.

Artikolu 2 2

2.   Fir-rigward tal-kuntratti ta’ kreditu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, din id-Direttiva la għandha taffettwa l-prinċipji tad-dritt kuntrattwali u lanqas il-prinċipji tad-dritt ċivili skont il-liġi nazzjonali fir-rigward tat-trasferiment tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu, jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, u lanqas il-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi jew lill-mutwatarji skont, b’mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 593/2008, ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012, u d-Direttivi 93/13/KEE, 2008/48/KE, 2014/17/UE u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu dawk id-Direttivi jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u d-drittijiet tal-mutwatarji.

Artikolu 2 3

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa r-restrizzjonijiet imposti fil-liġijiet nazzjonali ta’ Stati Membri fir-rigward tat-trasferiment tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, li ma jkunx skada jew li jkun ilu li skada inqas minn 90 jum, jew ma jkunx terminat skont id-dritt ċivili nazzjonali.

Artikolu 2 4

4.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa r-rekwiżiti fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar is-servizzjar tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, meta x-xerrej tal-kreditu jkun entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 2, tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), dment li tali liġijiet nazzjonali:

(a)

ma jaffettwawx il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur previst minn din id-Direttiva;

(b)

jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-informazzjoni meħtieġa mingħand is-servizzjanti tal-kreditu.

Artikolu 2 5

5.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

(a)

is-servizzjar tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu, jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu magħmul minn:

(i)

istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fl-Unjoni;

(ii)

maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFM) awtorizzat jew irreġistrat skont id-Direttiva 2011/61/UE jew kumpanija maniġerjali jew kumpanija tal-investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE sakemm il-kumpanija tal-investiment ma tkunx ħatret kumpanija maniġerjali skont dik id-Direttiva, f’isem il-fond li timmaniġġja;

(iii)

istituzzjoni mhux tal-kreditu soġġetta għal superviżjoni minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2008/48/KE jew l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/17/UE fit-twettiq ta’ attivitajiet f’dak l-Istat Membru;

(b)

is-servizzjar tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu, jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, li ma jkunx maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fl-Unjoni, ħlief meta d-drittijiet tal-kreditur fl-ambitu tal-kuntratt ta’ kreditu, jew il-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, jiġi sostitwit b’kuntratt ta’ kreditu maħruġ minn istituzzjoni bħal din;

(c)

ix-xiri tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, minn istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fl-Unjoni;

(d)

it-trasferiment tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu, jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, li jkun ġie ttrasferit qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(2).

Artikolu 2 6

6.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva s-servizzjar tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ ftehim ta’ kreditu, jew tal-ftehim ta’ kreditu nnifsu, imwettaq minn nutara pubbliċi u uffiċjali ġudizzjarji kif definiti mil-liġi nazzjonali jew avukati kif definiti fl-Artikolu 1(2), punt (a), tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) fit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu bħala parti mill-professjoni tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.