+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 (1)
|
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1), punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
Artikolu 3 (2)
|
“kreditur” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li tkun ħarġet kreditu, jew xerrej tal-kreditu;
|
|
Artikolu 3 (3)
|
“mutwatarju” tfisser persuna ġuridika jew fiżika li tkun ikkonkludiet kuntratt ta’ kreditu ma’ istituzzjoni ta’ kreditu, inkluż is-suċċessur legali jew iċ-ċessjonarju tagħha;
|
|
Artikolu 3 (4)
|
“kuntratt ta’ kreditu” tfisser kuntratt kif oriġinarjament maħruġ, immodifikat jew mibdul, li bih istituzzjoni ta’ kreditu tagħti kreditu fil-forma ta’ pagament differit, self jew akkomodazzjoni finanzjarja simili oħra;
|
|
Artikolu 3 (5)
|
“kuntratt ta’ servizzjar tal-kreditu” tfisser kuntratt bil-miktub konkluż bejn xerrej tal-kreditu u servizzjant tal-kreditu li jikkonċerna s-servizzi li għandhom jingħataw mis-servizzjant tal-kreditu f’isem ix-xerrej tal-kreditu;
|
|
Artikolu 3 (6)
|
“xerrej tal-kreditu” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li mhijiex istituzzjoni ta’ kreditu li tixtri drittijiet tal-kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, matul il-kummerċ, in-negozju, jew il-professjoni tagħha, skont il-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali applikabbli;
|
|
Artikolu 3 (7)
|
“fornitur ta’ servizzi tal-kreditu” tfisser parti terza li tintuża mis-servizzjant tal-kreditu fit-twettiq ta’ xi waħda mill-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu;
|
|
Artikolu 3 (8)
|
“servizzjant tal-kreditu” tfisser persuna ġuridika li, tul in-negozju tagħha, timmaniġġja u tinforza d-drittijiet u l-obbligi relatati mad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, f’isem xerrej tal-kreditu, u twettaq tal-anqas attività ta’ servizzjar tal-kreditu waħda jew aktar;
|
|
Artikolu 3 (9)
|
“attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu” tfisser attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
il-ġbir jew l-irkupru, mingħand il-mutwatarju, skont il-liġi nazzjonali, ta’ kwalunkwe pagament dovut b’rabta mad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu jew mal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu;
|
|
(b)
|
in-negozjar mill-ġdid mal-mutwatarju, skont il-liġi nazzjonali, tat-termini u l-kundizzjonijiet relatati mad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu, jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, skont l-istruzzjonijiet mogħtija mix-xerrej tal-kreditu, meta s-servizzjant tal-kreditu ma jkunx intermedjarju tal-kreditu kif definit fl-Artikolu 3, punt (f), tad-Direttiva 2008/48/KE jew fl-Artikolu 4, punt (5) tad-Direttiva 2014/17/UE;
|
|
(c)
|
it-trattament ta’ kwalunkwe lment fir-rigward tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu;
|
|
(d)
|
in-notifika, lill-mutwatarju, ta’ kwalunkwe bidla fir-rati tal-imgħax, fit-tariffi jew fil-ħlasijiet dovuti b’rabta mad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu jew mal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu;
|
|
|
Artikolu 3 (10)
|
“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser, fir-rigward ta’ servizzjant tal-kreditu, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni tiegħu jew, fir-rigward ta’ xerrej tal-kreditu, l-Istat Membru li fih ix-xerrej tal-kreditu jew ir-rappreżentant tiegħu ikun domiċiljat jew li fih jinstab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu;;
|
|
Artikolu 3 (11)
|
“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru, barra mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fih servizzjant tal-kreditu jkun stabbilixxa fergħa jew fejn jipprovdi attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu u, ikun xi jkun il-każ, fejn il-mutwatarju jkun domiċiljat jew fejn jinstab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu;
|
|
Artikolu 3 (12)
|
“konsumatur” tfisser persuna fiżika li, fil-kuntratti ta’ kreditu koperti minn din id-Direttiva, tkun qed taġixxi għal finijiet li huma barra mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;
|
|
Artikolu 3 (13)
|
“kuntratt ta’ kreditu improduttiv” tfisser kuntratt ta’ kreditu li jkun klassifikat bħala skopertura improduttiva skont l-Artikolu 47a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|