+Artikolu 7 Proċedura għall-awtorizzazzjoni tas-servizzjanti tal-kreditu
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5

Artikolu 7 Proċedura għall-awtorizzazzjoni tas-servizzjanti tal-kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ servizzjanti tal-kreditu li tippermetti li applikant jissottometti applikazzjoni u jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju biex dawn jivverifikaw li l-applikant ikun issodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 5(1) u, jekk ikun rilevanti, fl-Artikolu 6(2), punt (a).

Artikolu 7 2

2.   L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-servizzjanti tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn dawn li ġejjin:

(a)

evidenza tal-istatus legali tal-applikant u kopja tal-att ta’ inkorporazzjoni tiegħu u tal-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni;

(b)

l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali jew tal-uffiċċju rreġistrat tiegħu;

(c)

l-identità tal-membri tal-organu maniġerjali jew amministrattiv tal-applikant u tal-persuni li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikanti fis-sens tal-Artikolu 4(1), punt (36) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

evidenza li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt (b) u (c);

(e)

evidenza li l-persuni li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikanti fis-sens tal-Artikolu 4(1), il-punt (36), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt (d) ta’ din id-Direttiva;

(f)

evidenza tal-arranġamenti ta’ governanza u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern imsemmija fl-Artikolu 5(1), punt (e);

(g)

evidenza tal-politika msemmija fl-Artikolu 5(1), punt (f);

(h)

evidenza tal-proċeduri interni msemmija fl-Artikolu 5(1), punt (g);

(i)

evidenza tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 5(1), punt (h);

(j)

jekk ikun rilevanti, evidenza tal-eżistenza ta’ kont separat f’istituzzjoni ta’ kreditu kif previst fl-Artikolu 6(2), punt (a);

(k)

kwalunkwe kuntratt ta’ esternalizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12(1).

Artikolu 7 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ta’ domiċilju jivvalutaw, fi żmien 45 jum minn meta jirċievu l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, jekk dik l-applikazzjoni tkunx kompluta.

Artikolu 7 4

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi żmien 90 jum minn meta jirċievu applikazzjoni kompluta jew, jekk l-applikazzjoni titqies li ma tkunx kompluta, minn meta jirċievu l-informazzjoni meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jinnotifikaw lill-applikant jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew ġietx rifjutata u jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut.

Artikolu 7 5

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li applikant ikollu d-dritt li jappella quddiem tribunal f’każijiet meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jiddeċiedu li jirrifjutaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5(3) u anke meta, sa meta jagħlaq iż-żmien previst fil-paragrafu (4) ta’ dan l-Artikolu, ma tittieħed ebda deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-applikazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.