+Artikolu 10 2

Artikolu 10 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara kwalunkwe trasferiment tad-drittijiet ta’ kreditur fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, lil xerrej tal-kreditu, u dejjem qabel l-ewwel ġbir tad-dejn, iżda anke kull meta jintalab mill-mutwatarju, ix-xerrej tal-kreditu jew – meta tinħatar biex iwettaq attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu – l-entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jew is-servizzjant tal-kreditu, jibgħatu komunikazzjoni lill-mutwatarju, fuq karta jew fuq mezz permanenti ieħor, li tinkludi tal-anqas dawn li ġejjin:

(a)

informazzjoni dwar it-trasferiment li jkun seħħ, inkluża d-data tat-trasferiment;

(b)

l-identifikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tax-xerrej tal-kreditu;

(c)

meta jinħatru, l-identifikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tas-servizzjant tal-kreditu jew tal-entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii);

(d)

meta jinħatar, evidenza dwar l-awtorizzazzjoni ta’ servizzjant tal-kreditu mogħtija skont l-Artikolu 7;

(e)

jekk ikun rilevanti, l-identifikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur ta’ servizzi tal-kreditu;

(f)

ippreżentat b’mod prominenti, il-punt ta’ riferiment ta’ kuntatt tax-xerrej tal-kreditu jew, meta tinħatar biex twettaq attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu, tal-entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jew tas-servizzjant tal-kreditu u, meta jkun rilevanti, tal-fornitur ta’ servizzi tal-kreditu, mnejn tkun tista’ tinkiseb informazzjoni f’każ ta’ bżonn;

(g)

informazzjoni dwar l-ammonti dovuti mill-mutwatarju fil-mument tal-komunikazzjoni, bid-dettalji ta’ xi jkun dovut bħala kapital, imgħax, tariffi u imposti awtorizzati oħra;

(h)

dikjarazzjoni li tgħid li l-liġijiet rilevanti kollha tal-Unjoni u nazzjonali li jikkonċernaw b’mod partikolari l-infurzar tal-kuntratti, il-protezzjoni tal-konsumatur, id-drittijiet tal-mutwatarju u l-liġi kriminali jibqgħu japplikaw;

(i)

l-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-mutwatarju jkun domiċiljat, jew li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma għandu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu u għal liema l-mutwatarju jkun jista’ jressaq ilment.

Il-komunikazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tinkiteb b’lingwa li tkun ċara u li tinftiehem mill-pubbliku ġenerali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.