4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta servizzjant tal-kreditu jwettaq attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fi Stat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u, meta jkun xieraq, tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ospitanti u minn dak ta’ domiċilju, għandhom jikkooperaw mill-qrib fit-twettiq tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom, b’mod partikolari meta jwettqu verifiki, investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post.