+Artikolu 14 Superviżjoni fuq servizzjanti tal-kreditu li jipprovdu servizzi transfruntiera
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
---+Artikolu 14 6
---+Artikolu 14 7
---+Artikolu 14 8
---+Artikolu 14 9
---+Artikolu 14 10
---+Artikolu 14 11
---+Artikolu 14 12
|
Artikolu 14 Superviżjoni fuq servizzjanti tal-kreditu li jipprovdu servizzi transfruntiera
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju janalizzaw u jevalwaw il-konformità kontinwa – minn servizzjant tal-kreditu li jwettaq attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fi Stat Membru ospitanti – mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 14 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ta’ domiċilju jkollhom is-setgħa jwettqu superviżjoni, jinvestigaw u jimponu penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju fuq servizzjanti tal-kreditu fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom fi Stat Membru ospitanti.
|
|
Artikolu 14 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jikkomunikaw il-miżuri meħuda fir-rigward tas-servizzjant tal-kreditu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u, meta jkun xieraq, tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ospitanti u minn dak ta’ domiċilju.
|
|
Artikolu 14 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta servizzjant tal-kreditu jwettaq attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fi Stat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u, meta jkun xieraq, tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ospitanti u minn dak ta’ domiċilju, għandhom jikkooperaw mill-qrib fit-twettiq tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom, b’mod partikolari meta jwettqu verifiki, investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post.
|
|
Artikolu 14 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, fl-eżerċitar tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet tagħhom previsti f’din id-Direttiva, jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti l-assistenza tagħhom fit-twettiq ta’ spezzjoni fuq il-post ta’ fergħa stabbilita fi Stat Membru ospitanti jew fuq fornitur ta’ servizzi tal-kreditu maħtur fih. L-ispezzjoni ta’ fergħa jew ta’ fornitur tas-servizz tal-kreditu fuq il-post għandha ssir skont il-liġi tal-Istat Membru fejn titwettaq l-ispezzjoni.
|
|
Artikolu 14 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkunu intitolati jiddeċiedu dwar l-aktar miżuri xierqa li jkollhom jittieħdu f’kull każ individwali sabiex tintlaqa’ t-talba għall-assistenza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.
|
|
Artikolu 14 7
|
7. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jiddeċiedu li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post f’isem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, dawn għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju bir-riżultati tagħhom mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 14 8
|
8. B’inizjattiva tagħhom stess, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jwettqu verifiki, spezzjonijiet u investigazzjonijiet fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu pprovduti fit-territorju tagħhom minn servizzjant tal-kreditu awtorizzat fi Stat Membru ta’ domiċilju. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jipprovdu r-riżultati ta’ dawk il-kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 14 9
|
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollhom evidenza li servizzjant tal-kreditu li jwettaq attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fit-territorju tiegħu, kif previst fl-Artikolu 13, ikun qed jikser ir-regoli applikabbli, inklużi l-obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, huma jgħaddu dik l-evidenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u jitolbu li jieħdu miżuri xierqa, mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji, investigattivi u ta’ sanzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tas-servizzjant tal-kreditu skont il-liġi nazzjonali, jiġifieri dawk applikabbli għall-kreditu jew għall-kuntratt ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 14 10
|
10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru ospitanti u dak ta’ domiċilju, ikollhom evidenza li servizzjant tal-kreditu ikun qed jikser l-obbligi previsti f’din id-Direttiva, jew fir-regoli nazzjonali applikabbli għall-kreditu jew għall-kuntratt ta’ kreditu, huma jittrażmettu dik l-evidenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u jitolbu li jieħdu l-miżuri xierqa, mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji, investigattivi u ta’ sanzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ingħata l-kreditu, meta dan ikun differenti mill-Istat Membri ospitanti u dawk ta’ domiċilju.
|
|
Artikolu 14 11
|
11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jikkomunikaw id-dettalji dwar kwalunkwe proċedura amministrattiva jew ta’ xorta oħra mibdija fir-rigward tal-evidenza pprovduta mill-Istat Membru ospitanti, jew dwar kwalunkwe penali amministrattiva u miżura ta’ rimedju meħuda kontra s-servizzjant tal-kreditu jew dwar deċiżjoni motivata għaliex ma tkun ittieħdet ebda miżura, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li jkun irrefera l-evidenza sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tat-talba msemmija fil-paragrafu 9. Meta tkun inbdiet proċedura, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinfurmaw b’mod regolari lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar l-istatus tagħha.
|
|
Artikolu 14 12
|
12. Meta servizzjant tal-kreditu jkompli jikser ir-regoli applikabbli, inklużi l-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva, u wara li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkunu infurmaw lill-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkunu intitolati jimponu penali amministrattivi u miżuri ta’ rimedju xierqa sabiex jiżguraw il-konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a)
|
ma jkun ittieħed l-ebda pass adegwat u effettiv mis-servizzjant tal-kreditu biex jirrettifika l-ksur fi żmien raġonevoli; jew
|
|
(b)
|
f’każ urġenti, meta tkun meħtieġa azzjoni immedjata sabiex tiġi indirizzata theddida serja għall-interessi kollettivi tal-mutwatarji.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jimponu l-penali amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju msemmija fl-ewwel subparagrafu minkejja l-penali amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju diġà imposti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jipprojbixxu attivitajiet ulterjuri ta’ servizzjant tal-kreditu li jikser ir-regoli applikabbli, inklużi l-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva, sakemm tittieħed deċiżjoni adegwata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew is-servizzjant tal-kreditu jieħu passi biex jirrimedja l-ksur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|