8. B’inizjattiva tagħhom stess, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jwettqu verifiki, spezzjonijiet u investigazzjonijiet fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu pprovduti fit-territorju tagħhom minn servizzjant tal-kreditu awtorizzat fi Stat Membru ta’ domiċilju. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jipprovdu r-riżultati ta’ dawk il-kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju mingħajr dewmien.