1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjanti tal-kreditu u, meta jkun applikabbli, il-fornituri tas-servizzi tal-kreditu li jkunu ġew esternalizzati lilhom attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu skont l-Artikolu 12, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva fuq bażi kontinwa u għandhom jiżguraw li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għal superviżjoni adegwata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju sabiex tiġi evalwata din il-konformità.