+Artikolu 21 Superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
---+Artikolu 21 5
---+Artikolu 21 6
|
Artikolu 21 Superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjanti tal-kreditu u, meta jkun applikabbli, il-fornituri tas-servizzi tal-kreditu li jkunu ġew esternalizzati lilhom attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu skont l-Artikolu 12, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva fuq bażi kontinwa u għandhom jiżguraw li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għal superviżjoni adegwata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju sabiex tiġi evalwata din il-konformità.
|
|
Artikolu 21 2
|
2. L-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ xerrej tal-kreditu jew, meta jkun applikabbli, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19,għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkunu responsabbli mis-superviżjoni tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Artikoli 17 sa 20 fir-rigward tax-xerrej tal-kreditu jew, meta jkun applikabbli, tar-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19.
|
|
Artikolu 21 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 21 4
|
4. Meta l-Istati Membri jaħtru aktar minn awtorità kompetenti waħda skont il-paragrafu 3, dawn għandhom jistabbilixxu l-kompiti rispettivi tagħhom u jaħtru waħda minnhom bħala punt ta’ dħul uniku għall-iskambji u l-interazzjonijiet kollha meħtieġa mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew dak ospitanti.
|
|
Artikolu 21 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri adegwati biex l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jkunu jistgħu jiksbu mingħand ix-xerrejja tal-kreditu jew mir-rappreżentanti tagħhom maħtura skont l-Artikolu 19, mis-servizzjanti tal-kreditu, mill-fornituri tas-servizzi tal-kreditu li servizzjant tal-kreditu jkun esternalizza attivitajiet lilhom skont l-Artikolu 12, mill-mutwatarji u minn kwalunkwe persuna jew awtorità pubblika oħra l-informazzjoni meħtieġa biex jitwettaq dan li ġej:
|
(a)
|
il-valutazzjoni tal-konformità kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva;
|
|
(b)
|
l-investigazzjoni ta’ ksur possibbli ta’ dawk ir-rekwiżiti;
|
|
(c)
|
l-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi u ta’ miżuri ta’ rimedju skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 23.
|
|
|
Artikolu 21 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 3 jkollhom l-għarfien espert, ir-riżorsi, il-kapaċità operattiva, u s-setgħat meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom stabbiliti f’din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|