2. Huma għandhom japplikaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 mit-30 ta’ Diċembru 2023.
Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-entitajiet li diġà jkunu jwettqu skont il-liġi nazzjonali attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fit-30 ta’ Diċembru 2023 għandhom jitħallew ikomplu jwettqu dawk l-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom sad-29 ta’ Ġunju 2024 jew sad-data li fiha jiksbu awtorizzazzjoni skont din id-Direttiva, liema minnhom tiġi l-ewwel.
L-Istati Membri li diġà jkollhom fis-seħħ reġimi ekwivalenti jew iktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva għall-attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu jistgħu jippermettu li l-entitajiet li jkunu diġà jwettqu attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu skont dawk ir-reġimi fit-30 ta’ Diċembru 2023 jiġu rikonoxxuti awtomatikament bħala servizzjanti tal-kreditu awtorizzati mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.