+Artikolu 8 2.

Artikolu 8 2.

Awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(2), (3) jew (4), kif applikabbli, tista’ tagħti permess lil entità taħt is-superviżjoni tagħha biex tinkludi pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bħall-iskoperturi sottostanti f’titolizzazzjoni fejn dik l-awtorità kompetenti tqis li l-użu ta’ rititolizzazzjoni bħala li jkun għal finijiet leġittimi kif stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Fejn tali entità taħt superviżjoni tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe awtorità oħra rilevanti għal dik l-entità qabel ma tagħti l-permess għall-inklużjoni ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bħala skoperturi sottostanti f’titolizzazzjoni. Tali konsultazzjoni ma għandhiex iddum aktar minn 60 jum mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u kwalunkwe awtorità oħra rilevanti għal dik l-entità, dwar il-ħtieġa għal konsultazzjoni.

Fejn il-konsultazzjoni tirriżulta f’deċiżjoni li jingħata permess għall-użu ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bħala skoperturi sottostanti f’titolizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA b’dan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.