+Artikolu 8 Projbizzjoni tar-rititolizzazzjoni
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.

Artikolu 8 Projbizzjoni tar-rititolizzazzjoni

Projbizzjoni tar-rititolizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
L-iskoperturi sottostanti użati f’titolizzazzjoni ma għandhomx jinkludu pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni.

B’deroga, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal:

(a) 

kwalunkwe titolizzazzjoni li t-titoli tagħha jkunu nħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2019; u

(b) 

kwalunkwe titolizzazzjoni, li ser tintuża għal skopijiet leġittimi kif stipulat fil-paragrafu 3, li t-titoli tagħha inħarġu fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2019.

Artikolu 8 2.
Awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(2), (3) jew (4), kif applikabbli, tista’ tagħti permess lil entità taħt is-superviżjoni tagħha biex tinkludi pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bħall-iskoperturi sottostanti f’titolizzazzjoni fejn dik l-awtorità kompetenti tqis li l-użu ta’ rititolizzazzjoni bħala li jkun għal finijiet leġittimi kif stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Fejn tali entità taħt superviżjoni tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe awtorità oħra rilevanti għal dik l-entità qabel ma tagħti l-permess għall-inklużjoni ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bħala skoperturi sottostanti f’titolizzazzjoni. Tali konsultazzjoni ma għandhiex iddum aktar minn 60 jum mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u kwalunkwe awtorità oħra rilevanti għal dik l-entità, dwar il-ħtieġa għal konsultazzjoni.

Fejn il-konsultazzjoni tirriżulta f’deċiżjoni li jingħata permess għall-użu ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bħala skoperturi sottostanti f’titolizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA b’dan.

Artikolu 8 3.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li huma għanijiet leġittimi:

(a) 

il-faċilitazzjoni tal-istralċ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ditta tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja,

(b) 

li tiżgura l-vijabbiltà bħala negozju avvjat ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ta’ ditta tal-investiment jew ta’ istituzzjoni finanzjarja sabiex jiġi evitat l-istralċ tagħha; jew

(c) 

fejn l-iskoperturi sottostanti jkunu improduttivi, il-preservazzjoni tal-interessi tal-investituri.

Artikolu 8 4.
Programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ ma għandux jitqies bħala rititolizzazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, bil-kondizzjoni li l-ebda tranżazzjoni ABCP fi ħdan dak il-programm ma tkun rititolizzazzjoni u li t-titjib tal-kreditu ma jistabbilixxix it-tieni saff ta’ segmentar fil-livell tal-programm.
Artikolu 8 5.
Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fis-suq ta’ rititolizzazzjonijiet oħra meħuda għal skopijiet leġittimi, u filwaqt li jitqiesu l-għanijiet ġenerali ta’ stabbiltà finanzjarja u l-preservazzjoni tal-aħjar interessi tal-investituri, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tissupplimenta l-lista ta’ finijiet leġittimi stabbiliti fil-paragrafu 3.

L-ESMA għandha tippreżenta kwalunkwe tali abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.