+Artikolu 20 Rekwiżiti relatati mas-sempliċità
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.
---+Artikolu 20 9.
---+Artikolu 20 10.
---+Artikolu 20 11.
---+Artikolu 20 12.
---+Artikolu 20 13.
---+Artikolu 20 14.

Artikolu 20 Rekwiżiti relatati mas-sempliċità

Rekwiżiti relatati mas-sempliċità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
It-titolu għall-iskoperturi sottostanti għandu jiġi akkwistat mill-SSPE permezz ta’ bejgħ veru jew assenjament jew trasferiment bl-istess effett legali b’mod li jkun infurzabbli kontra l-bejjiegħ jew kwalunkwe parti terza oħra. It-trasferiment tat-titolu għall-SSPE ma għandux ikun soġġett għal dispożizzjonijiet severi ta’ rkupru fil-każ ta’ insolvenza tal-bejjiegħ.
Artikolu 20 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’ rkupru severi:

(a) 

dispożizzjonijiet li jippermettu lill-likwidatur tal-bejjiegħ li jinvalida l-bejgħ tal-iskoperturi sottostanti fuq il-bażi biss li dan ġie konkluż f’ċertu perijodu qabel id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza tal-bejjiegħ;

(b) 

dispożizzjonijiet fejn l-SSPE jista’ jipprevjeni l-invalidazzjoni msemmija fil-punt (a) fil-każ biss li jkun jista’ jiġi ppruvat li ma kienx jaf bl-insolvenza tal-bejjiegħ fil-mument tal-bejgħ.

Artikolu 20 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dispożizzjonijiet ta’ rkupru fil-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza li jippermettu lil likwidatur jew qorti tinvalida l-bejgħ ta’ skoperturi sottostanti f’każ ta’ trasferimenti frawdolenti, ħsara żleali lill-kredituri jew ta’ trasferimenti maħsuba biex jiġu ffavoriti b’mod mhux xieraq kredituri partikolari fuq oħrajn, ma għandhomx jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’rkupru severi.
Artikolu 20 4.
Jekk il-bejjiegħ mhuwiex il-mutwant oriġinali, il-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali tal-iskoperturi sottostanti lil dak il-bejjiegħ, kemm jekk dak il-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali jkun dirett jew permezz ta’ pass intermedjarju wieħed jew aktar, għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3.
Artikolu 20 5.

Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettaq permezz ta’ assenjament u jiġi pperfezzjonat fi stadju iktar tard mill-għeluq tat-tranżazzjoni, l-ixkattaturi li jeffettwaw tali perfezzjoni għandhom tal-anqas jinkludu l-avvenimenti li ġejjin:

(a) 

deterjorament sever fis-sitwazzjoni tal-kwalità kreditizja tal-bejjiegħ;

(b) 

insolvenza tal-bejjiegħ; u

(c) 

ksur mhux rimedjat ta’ obbligi kuntrattwali mill-bejjiegħ, inkluża l-inadempjenza tal-bejjiegħ.

Artikolu 20 6.
Il-bejjiegħ għandu jipprovdi rappreżentazzjonijiet u garanziji li, sa fejn jaf hu, l-iskoperturi sottostanti inklużi fit-titolizzazzjoni mhumiex gravati jew inkella f’kundizzjoni li jista’ jiġi previst li taffettwa b’mod ħażin l-eżegwibbiltà tal-bejgħ veru jew l-assenjament jew it-trasferiment bl-istess effett legali.
Artikolu 20 7.
L-iskoperturi sottostanti trasferiti jew assenjati mill-bejjiegħ lill-SSPE għandhom jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà predeterminati, ċari u dokumentati li ma jippermettux immaniġġar tal-portafoll attiv ta’ dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, is-sostituzzjoni tal-iskoperturi li jiksru r-rappreżentazzjonijiet u l-garanziji ma għandhiex titqies bħala immaniġġar tal-portafoll attiv. L-iskoperturi trasferiti lill-SSPE wara l-għeluq tat-tranżazzjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà applikati għall-iskoperturi sottostanti inizjali.
Artikolu 20 8.
It-titolizzazzjoni għandha tkun appoġġjata minn aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti li huma omoġenji f’termini tat-tip ta’ assi, b’kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi relatati mal-flussi ta’ flus tat-tip ta’ assi inkluż il-karatteristiċi kuntrattwali, tar-riskju ta’ kreditu u ta’ prepagament. Aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti għandha tikkonsisti biss minn tip wieħed ta’ assi. L-iskoperturi sottostanti għandu jkun fihom obbligi li jkunu kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli, b’rikors sħiħ għad-debituri u, fejn japplika, il-garanti.

L-iskoperturi sottostanti għandu jkollhom flussi ta’ pagament perjodiċi definiti, li l-pagamenti tagħhom jistgħu jvarjaw fl-ammonti, relatati mal-kiri, il-kapital jew il-pagamenti tal-imgħax, jew ma’ kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu mill-assi li jappoġġaw dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti jistgħu jiġġeneraw ukoll rikavati mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi finanzjati jew mikrija.

L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli, kif iddefinit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief bonds maħruġa minn impriżi, li ma jkunux elenkati f’ċentru tan-negozjar.

Artikolu 20 9.
L-iskoperturi sottostanti ma għandhom jinkludu ebda pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni.
Artikolu 20 10.
L-iskoperturi sottostanti għandhom joriġinaw fil-perkors normali tan-negozju tal-oriġinatur jew tal-mutwant oriġinali skont standards ta’ sottoskrizzjoni li mhumiex inqas stretti minn dawk li l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jkun applika fil-mument tal-oriġinazzjoni għal skoperturi simili li mhumiex titolizzati. L-istandards ta’ sottoskrizzjoni li huma oriġinati konformement magħhom l-iskoperturi sottostanti u kwalunkwe bidla materjali minn standards ta’ sottoskrizzjoni preċedenti għandhom jiġu divulgati b’mod sħiħ mingħajr dewmien bla bżonn lill-investituri potenzjali.

Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-aggregazzjoni ta’ self ma jinkludix ebda self li tqiegħed fis-suq u li ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji kienu jafu li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwant.

Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju għandha tissodisfa r-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE jew fil-paragrafi 1 sa 4, il-punt (a) tal-paragrafu 5, u l-paragrafu 6 tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/17/UE jew, fejn applikabbli, rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi.

L-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali għandu jkollu għarfien espert fl-oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati.

Artikolu 20 11.

L-iskoperturi sottostanti għandhom jiġu ttrasferiti lill-SSPE wara l-għażla mingħajr dewmien bla bżonn u ma għandhomx jinkludu, fil-mument tal-għażla, skoperturi f’inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit li, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali:

(a) 

ikun ġie ddikjarat insolventi jew kellu qorti li tat lill-kredituri tiegħu dritt finali mhux appellabbli ta’ infurzar jew danni materjali bħala riżultat ta’ pagament maqbuż fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ oriġinazzjoni jew ikun għadda minn proċess ta’ ristrutturar tad-dejn fir-rigward tal-iskoperturi improduttivi tiegħu fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ trasferiment jew assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE, ħlief jekk:

(i) 

skopertura sottostanti ristrutturata ma tkunx ippreżentat arretrati ġodda mid-data tar-ristrutturar li kellu jseħħ għall-anqas sena qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE; u

(ii) 

l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE skont il-punti (a) u (e)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tistabbilixxi b’mod espliċitu l-proporzjon tal-iskoperturi sottostanti ristrutturati, il-ħin u d-dettalji tar-ristrutturar kif ukoll il-prestazzjoni tagħhom mid-data tar-ristrutturar;

(b) 

kien, fil-mument tal-oriġinazzjoni, fejn applikabbli, fuq reġistru ta’ kreditu pubbliku ta’ persuni bi storja kreditizja negattiva jew, fejn ma jkunx hemm tali reġistru ta’ kreditu pubbliku, reġistru ta’ kreditu ieħor li jkun disponibbli għall-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali; jew

(c) 

għandu klassifikazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni tal-kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta’ skoperturi komparabbli miżmuma mill-oriġinatur li mhumiex titolizzati.

Artikolu 20 12.
Id-debituri għandhom, fil-mument tat-trasferiment tal-iskoperturi, ikunu għamlu tal-inqas pagament wieħed, ħlief fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet rotanti garantiti bi skoperturi pagabbli f’pagament wieħed jew li jkollhom maturità ta’ inqas minn sena, inkluż mingħajr pagamenti fix-xahar ta’ limitazzjoni fuq krediti rotanti.
Artikolu 20 13.
Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandux ikun ġie strutturat biex jiddependi b’mod prevalenti mill-bejgħ ta’ assi li jkopru l-iskoperturi sottostanti. Dan ma għandux iwaqqaf lil tali assi milli sussegwentement jiġu riportati jew rifinanzjati.

Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-iskoperturi sottostanti tagħhom huma koperti minn assi li l-valur tagħhom huwa garantit jew immitigat bis-sħiħ minn obbligu ta’ riakkwist mill-bejjiegħ tal-assi li jkopri l-iskoperturi sottostanti jew minn parti terza oħra ma għandux jitqies li jiddependi mill-bejgħ ta’ assi li jkopru dawk l-iskoperturi sottostanti.

Artikolu 20 14.
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar liema skoperturi sottostanti msemmija fil-paragrafu 8 jitqiesu bħala omoġenji.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Rekwiżiti relatati mat-titolizzazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.