+Artikolu 26 Rekwiżiti fil-livell tal-programm
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
---+Artikolu 26 8.

Artikolu 26 Rekwiżiti fil-livell tal-programm

Rekwiżiti fil-livell tal-programm

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.
It-tranżazzjonijiet ABCP kollha fi programm ABCP għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 24 (1) sa (8) u (12) sa (20).

Massimu ta’ 5 % tal-ammont aggregat tal-iskoperturi sottostanti għat-tranżazzjonijiet ABCP u li huma ffinanzjati mill-programm ABCP jista’ jkun temporanjament mhux konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 24(9), (10) u (11) mingħajr ma jaffettwa l-istatus STS tal-programm ABCP.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu kampjun tal-iskoperturi sottostanti għandu b’mod regolari jkun soġġett għal verifika esterna tal-konformità minn parti xierqa u indipendenti.

Artikolu 26 2.
Il-ħajja medja peżata li jifdal tal-iskoperturi sottostanti ta’ programm ABCP ma għandhiex tkun aktar minn sentejn.
Artikolu 26 3.
Il-programm ABCP għandu jkun appoġġat bis-sħiħ minn sponsor f’konformità mal-Artikolu 25(2).
Artikolu 26 4.
Il-programm ABCP ma għandu jinkludi l-ebda rititolizzazzjoni u t-titjib tal-kreditu ma għandux jistabbilixxi it-tieni saff ta’ segmentar fil-livell tal-programm.
Artikolu 26 5.
It-titoli maħruġin minn programm ABCP ma għandhomx jinkludu għażla eżerċitabbli, klawżoli ta’ estensjoni jew klawżoli oħrajn li jkollhom effett fuq il-maturità finali tagħhom, fejn tali għażliet jew klawżoli jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-bejjiegħ, l-isponsor jew l-SSPE.
Artikolu 26 6.
Ir-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tal-munita li jirriżultaw fil-livell tal-programm ABCP għandhom jiġu mitigati b’mod xieraq u kwalunkwe miżura li tittieħed f’dan ir-rigward għandha tiġi ddivulgata. Ħlief għall-iskop tal-iħeġġjar tar-riskju tal-imgħax jew tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-munita, l-SSPE ma għandhiex tidħol f’kuntratti tad-derivattivi u għandha tiżgura li l-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma tinkludix derivattivi. Dawk id-derivattivi għandhom jiġu sottoskritti u dokumentati skont l-istandards komuni fil-finanzi internazzjonali.
Artikolu 26 7.

Id-dokumentazzjoni relatata mal-programm ABCP għandha tispeċifika b’mod ċar:

(a) 

ir-responsabbiltajiet tal-fiduċjarju u entitajiet oħrajn bi dmirijiet ta’ fiduċjarju, jekk ikollhom, għall-investituri;

(b) 

l-obbligi kuntrattwali, dmirijiet u responsabbiltajiet tal-isponsor li għandu jkollu għarfien espert fis-sottoskrizzjoni ta’ krediti, il-fiduċjarju, jekk ikun hemm, u fornituri oħrajn ta’ servizzi anċillari;

(c) 

il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tal-ġestur ma tirriżultax fit-tmiem tal-ġestjoni;

(d) 

id-dispożizzjonijiet għas-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u tal-bank tal-kont fil-livell tal-programm ABCP f’każ tal-inadempjenza jew insolvenza tagħhom, u avvenimenti oħrajn speċifikati, fejn il-faċilità ta’ likwidità ma tkoprix tali avvenimenti;

(e) 

li, malli jseħħu avvenimenti speċifikati, inadempjenza jew insolvenza tal-isponsor, għandhom jiġu previsti passi ta’ rimedju sabiex tinkiseb kif xieraq kollateralizzazzjoni tal-impenn ta’ finanzjament jew is-sostituzzjoni tal-fornitur ta’ faċilità ta’ likwidità; u

(f) 

li l-faċilità ta’ likwidità għandha tiġi prelevata u t-titoli li jimmaturaw għandhom jitħallsu lura f’każ li l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità qabel l-iskadenza tiegħu.

Artikolu 26 8.
Il-ġestur għandu jkollu għarfien espert fil-ġestjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati u għandu jkollu politiki, proċeduri u kontrolli tal-immaniġġar tar-riskju ddokumentati sew relatati mal-ġestjoni tal-iskoperturi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.