+Artikolu 26 7.

Artikolu 26 7.

Id-dokumentazzjoni relatata mal-programm ABCP għandha tispeċifika b’mod ċar:

(a) 

ir-responsabbiltajiet tal-fiduċjarju u entitajiet oħrajn bi dmirijiet ta’ fiduċjarju, jekk ikollhom, għall-investituri;

(b) 

l-obbligi kuntrattwali, dmirijiet u responsabbiltajiet tal-isponsor li għandu jkollu għarfien espert fis-sottoskrizzjoni ta’ krediti, il-fiduċjarju, jekk ikun hemm, u fornituri oħrajn ta’ servizzi anċillari;

(c) 

il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tal-ġestur ma tirriżultax fit-tmiem tal-ġestjoni;

(d) 

id-dispożizzjonijiet għas-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u tal-bank tal-kont fil-livell tal-programm ABCP f’każ tal-inadempjenza jew insolvenza tagħhom, u avvenimenti oħrajn speċifikati, fejn il-faċilità ta’ likwidità ma tkoprix tali avvenimenti;

(e) 

li, malli jseħħu avvenimenti speċifikati, inadempjenza jew insolvenza tal-isponsor, għandhom jiġu previsti passi ta’ rimedju sabiex tinkiseb kif xieraq kollateralizzazzjoni tal-impenn ta’ finanzjament jew is-sostituzzjoni tal-fornitur ta’ faċilità ta’ likwidità; u

(f) 

li l-faċilità ta’ likwidità għandha tiġi prelevata u t-titoli li jimmaturaw għandhom jitħallsu lura f’każ li l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità qabel l-iskadenza tiegħu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.