|
+Artikolu 26b 6. |
Artikolu 26b 6.L-oriġinatur għandu jipprovdi rappreżentazzjonijiet u garanziji li ntlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-oriġinatur jew entità tal-grupp li l-oriġinatur jappartjeni fih għandhom titolu legali u validu sħiħ għall-iskoperturi sottostanti u d-drittijiet anċillari assoċjati tagħhom;
(b)
meta l-oriġinatur ikun istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-oriġinatur jew entità li tkun inkluża fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata jżommu r-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi sottostanti fil-karta tal-bilanċ tagħhom;
(c)
kull skopertura sottostanti tikkonforma, fid-data li tkun inkluża fil-portafoll titolizzat, mal-kriterji ta' eliġibbiltà u mal-kundizzjonijiet kollha, minbarra l-okkorrenza ta' avveniment ta' kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 26e(1), għal pagament ta' protezzjoni ta' kreditu f'konformità mal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu li jinsab fi ħdan id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni;
(d)
sa fejn jaf l-oriġinatur, il-kuntratt għal kull skopertura sottostanti fih obbligu legali, validu, vinkolanti u infurzabbli fuq l-obbligant biex iħallas is-somom ta' flus speċifikati f'dak il-kuntratt;
(e)
l-iskoperturi sottostanti jikkonformaw mal-kriterji ta' sottoskrizzjoni li mhumiex anqas stretti minn dawk li l-oriġinatur japplika għal skoperturi simili li mhumiex titolizzati;
(f)
sa fejn jaf l-oriġinatur, l-ebda obbligant ma huwa fi ksur materjali jew f'nuqqas ta' kwalunkwe mill-obbligi tiegħu fir-rigward ta' skopertura sottostanti fid-data li fiha l-iskopertura sottostanti tkun inkluża fil-portafoll titolizzat;
(g)
sa fejn jaf l-oriġinatur, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet ma tinkludix informazzjoni falza dwar id-dettalji tal-iskoperturi sottostanti;
(h)
fl-għeluq tat-tranżazzjoni jew meta skopertura sottostanti tkun inkluża fil-portafoll titolizzat, il-kuntratt bejn l-obbligant u l-mutwanti oriġinali fir-rigward ta' dik l-iskopertura sottostanti ma jkunx ġie emendat b'tali mod li jkunu ġew affettwati l-infurzabbiltà jew il-possibbiltà li dik l-iskopertura sottostanti tinġabar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|