+Artikolu 26b Rekwiżiti relatati mas-sempliċità
---+Artikolu 26b 1.
---+Artikolu 26b 2.
---+Artikolu 26b 3.
---+Artikolu 26b 4.
---+Artikolu 26b 5.
---+Artikolu 26b 6.
---+Artikolu 26b 7.
---+Artikolu 26b 8.
---+Artikolu 26b 9.
---+Artikolu 26b 10.
---+Artikolu 26b 11.
---+Artikolu 26b 12.
---+Artikolu 26b 13.

Artikolu 26b Rekwiżiti relatati mas-sempliċità

Rekwiżiti relatati mas-sempliċità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26b 1.
Oriġinatur għandu jkun entità li hija awtorizzata jew li għandha liċenzja fl-Unjoni.

Oriġinatur li jixtri l-iskoperturi ta' parti terza f'ismu stess u mbagħad jittitolizzahom għandu japplika politiki fir-rigward tal-kreditu, il-ġbir, ir-ristrutturar tad-dejn u s-servizzjar applikat għal dawk l-iskoperturi li ma jkunux inqas strinġenti minn dawk li l-oriġinatur japplika għal skoperturi komparabbli li ma jkunux inxtraw.

Artikolu 26b 2.
Skoperturi sottostanti għandhom jiġu oriġinati bħala parti mill-attività ewlenija tal-oriġinatur.
Artikolu 26b 3.
Fid-data tal-għeluq ta’ tranżazzjoni, l-iskoperturi sottostanti għandhom jinżammu fil-karta tal-bilanċ tal-oriġinatur jew ta' entità li tappartjeni għall-istess grupp tal-oriġinatur.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-grupp għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

grupp ta' entitajiet ġuridiċi li huwa soġġett għal konsolidazzjoni prudenzjali skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

grupp kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 26b 4.
L-oriġinatur ma għandux jiħħeġġja l-iskopertura tiegħu għar-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni lil hinn mill-protezzjoni miksuba permezz tal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu.
Artikolu 26b 5.
Il-ftehim dwar il-protezzjoni ta' kreditu għandu jikkonforma mar-regoli ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu stabbiliti fl-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew jekk l-Artikolu mhuwiex applikabbli, mar-rekwiżiti li mhumiex inqas stretti mir-rekwiżiti stabbiliti f'dak l-Artikolu.
Artikolu 26b 6.

L-oriġinatur għandu jipprovdi rappreżentazzjonijiet u garanziji li ntlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-oriġinatur jew entità tal-grupp li l-oriġinatur jappartjeni fih għandhom titolu legali u validu sħiħ għall-iskoperturi sottostanti u d-drittijiet anċillari assoċjati tagħhom;

(b) 

meta l-oriġinatur ikun istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-oriġinatur jew entità li tkun inkluża fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata jżommu r-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi sottostanti fil-karta tal-bilanċ tagħhom;

(c) 

kull skopertura sottostanti tikkonforma, fid-data li tkun inkluża fil-portafoll titolizzat, mal-kriterji ta' eliġibbiltà u mal-kundizzjonijiet kollha, minbarra l-okkorrenza ta' avveniment ta' kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 26e(1), għal pagament ta' protezzjoni ta' kreditu f'konformità mal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu li jinsab fi ħdan id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni;

(d) 

sa fejn jaf l-oriġinatur, il-kuntratt għal kull skopertura sottostanti fih obbligu legali, validu, vinkolanti u infurzabbli fuq l-obbligant biex iħallas is-somom ta' flus speċifikati f'dak il-kuntratt;

(e) 

l-iskoperturi sottostanti jikkonformaw mal-kriterji ta' sottoskrizzjoni li mhumiex anqas stretti minn dawk li l-oriġinatur japplika għal skoperturi simili li mhumiex titolizzati;

(f) 

sa fejn jaf l-oriġinatur, l-ebda obbligant ma huwa fi ksur materjali jew f'nuqqas ta' kwalunkwe mill-obbligi tiegħu fir-rigward ta' skopertura sottostanti fid-data li fiha l-iskopertura sottostanti tkun inkluża fil-portafoll titolizzat;

(g) 

sa fejn jaf l-oriġinatur, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet ma tinkludix informazzjoni falza dwar id-dettalji tal-iskoperturi sottostanti;

(h) 

fl-għeluq tat-tranżazzjoni jew meta skopertura sottostanti tkun inkluża fil-portafoll titolizzat, il-kuntratt bejn l-obbligant u l-mutwanti oriġinali fir-rigward ta' dik l-iskopertura sottostanti ma jkunx ġie emendat b'tali mod li jkunu ġew affettwati l-infurzabbiltà jew il-possibbiltà li dik l-iskopertura sottostanti tinġabar.

Artikolu 26b 7.
Skoperturi sottostanti għandhom jissodisfaw kriterji ta' eliġibbiltà predeterminati, ċari u dokumentati li ma jippermettux immaniġġar tal-portafoll attiv ta' dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, is-sostituzzjoni tal-iskoperturi li jiksru r-rappreżentazzjonijiet jew il-garanziji jew, jekk it-titolizzazzjoni tkun tinkludi perjodu ta' rikostituzzjoni, iż-żieda ta' skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' rikostituzzjoni definiti ma għandhiex titqies bħala mmaniġġar tal-portafoll attiv.

Kwalunkwe skopertura miżjuda wara d-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni għandha tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà li ma jkunux inqas stretti minn dawk applikati fl-għażla inizjali tal-iskoperturi sottostanti.

Skopertura sottostanti tista' titneħħa mit-tranżazzjoni jekk l-iskopertura sottostanti:

(a) 

tkun ġiet imħallsa lura bis-sħiħ jew immaturat mod ieħor;

(b) 

tkun tneħħiet matul il-kors ordinarju tan-negozju tal-oriġinatur, sakemm tali disponiment ma jkunx jikkostitwixxi appoġġ impliċitu kif imsemmi fl-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

tkun soġġetta għal emenda li mhijiex immexxija mill-kreditu, bħar-rifinanzjament jew ir-ristrutturar tad-dejn, u li tokkorri matul il-kors ordinarju tal-ġestjoni ta' dik l-iskopertura sottostanti; jew

(d) 

ma ssodisfatx il-kriterji ta' eliġibbiltà meta ġiet inkluża fit-tranżazzjoni.

Artikolu 26b 8.
It-titolizzazzjoni għandha tkun appoġġata minn aggregazzjoni ta' skoperturi sottostanti li jkunu omoġenji f'termini tat-tip ta' assi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi relatati mal-flussi tal-flus tat-tip ta' assi inklużi l-karatteristiċi kuntrattwali, tar-riskju ta' kreditu u ta' prepagament tagħhom. Aggregazzjoni ta' skoperturi sottostanti għandha tikkonsisti biss minn tip wieħed ta' assi.

L-iskoperturi sottostanti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fihom obbligi li jkunu kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli, b'rikors sħiħ għad-debituri u, jekk japplika, il-garanti.

L-iskoperturi sottostanti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom flussi ta' pagament perjodiċi definiti, li l-ħlasijiet parzjali tagħhom jistgħu jvarjaw fl-ammonti tagħhom, relatati mal-kiri, il-kapital jew il-pagamenti tal-imgħax, jew ma' kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu mill-assi li jappoġġaw dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti jistgħu jiġġeneraw ukoll rikavati mill-bejgħ ta' kwalunkwe assi finanzjati jew mikrija.

L-iskoperturi sottostanti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief bonds maħruġa minn kumpanija li ma jkunux elenkati f'ċentru tan-negozjar.

Artikolu 26b 9.
Skoperturi sottostanti ma għandhom jinkludu l-ebda pożizzjoni ta' titolizzazzjoni.
Artikolu 26b 10.
L-istandards ta' sottoskrizzjoni li skonthom huma oriġinati l-iskoperturi sottostanti u kwalunkwe bidla materjali għal standards ta' sottoskrizzjoni preċedenti għandhom jiġu divulgati b'mod sħiħ mingħajr dewmien bla bżonn lill-investituri potenzjali. L-iskoperturi sottostanti għandhom jiġu sottoskritti b'rikors sħiħ għal obbligant li mhuwiex SSPE. L-ebda parti terza ma għandha tkun involuta fid-deċiżjonijiet ta' kreditu jew sottoskrizzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti.

Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet li l-iskoperturi sottostanti tagħhom ikunu self residenzjali, l-aggregazzjoni tas-self ma tinkludi l-ebda self li tqiegħed fis-suq u li jkun ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji kienu jafu li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwanti.

Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju għandha tissodisfa r-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE jew fl-Artikoli 18(1) sa (4), fil-punt (a) tal-Artikolu 18(5) u fl-Artikolu 18(6), tad-Direttiva 2014/17/UE jew, fejn applikabbli, rekwiżiti ekwivalenti f'pajjiżi terzi.

L-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandu jkollu għarfien espert fl-oriġinazzjoni ta' skoperturi ta' xorta simili għal dawk titolizzati.

Artikolu 26b 11.

Skoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu, fil-mument tal-għażla, skoperturi f'inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit li, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali:

(a) 

ikun ġie ddikjarat insolventi, jew qorti tkun tat lill-kredituri tiegħu dritt finali mhux appellabbli ta' infurzar jew ta' danni materjali bħala riżultat ta' pagament maqbuż fi żmien tliet snin qabel id-data tal-oriġinazzjoni jew ikun għadda minn proċess ta' ristrutturar tad-dejn fir-rigward tal-iskoperturi improduttivi tiegħu fi żmien tliet snin qabel id-data tal-għażla tal-iskoperturi sottostanti, ħlief jekk:

(i) 

skopertura sottostanti ristrutturata ma tkunx ippreżentat arretrati ġodda mid-data tar-ristrutturar li kellu jseħħ għall-anqas sena qabel id-data tal-għażla tal-iskoperturi sottostanti; u

(ii) 

l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur skont il-punt (a) u l-punt (e)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), b'mod espliċitu tistabbilixxi il-proporzjon tal-iskoperturi sottostanti ristrutturati, il-ħin u d-dettalji tar-ristrutturar u l-prestazzjoni tagħhom mid-data tar-ristrutturar;

(b) 

kien, fiż-żmien tal-oriġinazzjoni tal-iskopertura sottostanti, fejn applikabbli, fuq reġistru ta' kreditu pubbliku ta' persuni b'każijiet ta' kreditu negattivi jew, fejn ma jkunx hemm tali reġistru ta' kreditu pubbliku, reġistru ta' kreditu ieħor li jkun disponibbli għall-oriġinatur jew għall-mutwanti oriġinali; jew

(c) 

għandu klassifikazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni tal-kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta' skoperturi komparabbli miżmuma mill-oriġinatur li mhumiex titolizzati.

Artikolu 26b 12.

Id-debituri għandhom, fil-mument tal-inklużjoni tal-iskoperturi sottostanti, ikunu għamlu tal-inqas pagament wieħed, minbarra jekk:

(a) 

it-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni rotanti, garantita bi skoperturi pagabbli f'pagament wieħed jew li għandha maturità ta' inqas minn sena, inklużi, mingħajr limitazzjoni, il-pagamenti fix-xahar għal krediti rotanti; jew

(b) 

l-iskopertura tirrappreżenta r-rifinanzjament ta' skopertura li diġà tkun inkluża fit-tranżazzjoni.

Artikolu 26b 13.
L-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar liema skoperturi sottostanti msemmija fil-paragrafu 8 huma meqjusa omoġenji.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2021.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.