|
+Artikolu 26b 10. |
Artikolu 26b 10.L-istandards ta' sottoskrizzjoni li skonthom huma oriġinati l-iskoperturi sottostanti u kwalunkwe bidla materjali għal standards ta' sottoskrizzjoni preċedenti għandhom jiġu divulgati b'mod sħiħ mingħajr dewmien bla bżonn lill-investituri potenzjali. L-iskoperturi sottostanti għandhom jiġu sottoskritti b'rikors sħiħ għal obbligant li mhuwiex SSPE. L-ebda parti terza ma għandha tkun involuta fid-deċiżjonijiet ta' kreditu jew sottoskrizzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti. Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet li l-iskoperturi sottostanti tagħhom ikunu self residenzjali, l-aggregazzjoni tas-self ma tinkludi l-ebda self li tqiegħed fis-suq u li jkun ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji kienu jafu li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwanti. Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju għandha tissodisfa r-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE jew fl-Artikoli 18(1) sa (4), fil-punt (a) tal-Artikolu 18(5) u fl-Artikolu 18(6), tad-Direttiva 2014/17/UE jew, fejn applikabbli, rekwiżiti ekwivalenti f'pajjiżi terzi. L-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandu jkollu għarfien espert fl-oriġinazzjoni ta' skoperturi ta' xorta simili għal dawk titolizzati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|