+Artikolu 26c Rekwiżiti relatati mat-titolizzazzjoni
---+Artikolu 26c 1.
---+Artikolu 26c 2.
---+Artikolu 26c 3.
---+Artikolu 26c 4.
---+Artikolu 26c 5.
---+Artikolu 26c 6.
---+Artikolu 26c 7.
---+Artikolu 26c 8.
---+Artikolu 26c 9.
---+Artikolu 26c 10.
|
Artikolu 26c Rekwiżiti relatati mat-titolizzazzjoni
Rekwiżiti relatati mat-titolizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26c 1.
|
L-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandu jissodisfa r-rekwiżit tar-ritenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 6.
|
|
Artikolu 26c 2.
|
Ir-riskji tar-rata tal-imgħax u tal-munita li jirriżultaw minn titolizzazzjoni u l-effetti possibbli tagħhom fuq il-pagamenti lill-oriġinatur u lill-investituri għandhom jiġu deskritti fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni. Dawk ir-riskji għandhom jiġu mitigati kif xieraq u kwalunkwe miżura meħuda f'dan ir-rigward għandha tiġi ddivulgata. Kwalunkwe kollateral li jiggarantixxi l-obbligi tal-investitur skont il-ftehim ta' protezzjoni ta' kreditu għandu jkun denominat fl-istess munita li fih huwa denominat il-pagament tal-protezzjoni ta' kreditu. Fil-każ ta' titolizzazzjoni bl-użu ta' SSPE, l-ammont ta' obbligazzjonijiet tal-SSPE dwar il-pagamenti tal-imgħax lill-investituri għandu, f'kull data ta' pagament, ikun inqas mill-ammont ta' introjtu tal-SSPE mill-oriġinatur u kwalunkwe arranġament kollaterali. Ħlief għall-iskop tal-iħħeġġjar tar-riskju tal-imgħax jew tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-munita, l-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma għandux jinkludi derivattivi. Dawk id-derivattivi għandhom jiġu sottoskritti u dokumentati skont l-istandards komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.
|
|
Artikolu 26c 3.
|
Kwalunkwe pagament tal-imgħax b'rata ta' referenza b'rabta mat-tranżazzjoni għandu jkun ibbażat fuq xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
rati tal-imgħax ġeneralment użati fis-suq, jew rati settorjali ġeneralment użati li jirriflettu l-ispejjeż ta' fondi, u ma jirreferx għal formuli jew derivattivi kumplessi;
(b)
introjtu ġġenerat mill-kollateral li jiggarantixxi l-obbligazzjonijiet tal-investitur skont il-ftehim ta' protezzjoni.
Kwalunkwe pagament tal-imgħax b'rata ta' referenza dovut fil-kuntest tal-iskoperturi sottostanti għandu jkun ibbażat fuq rati tal-imgħax ġeneralment użati fis-suq, jew rati settorjali ġeneralment użati li jirriflettu l-ispiża tal-fondi, u ma għandux jirreferi għal formuli jew derivattivi kumplessi.
|
|
Artikolu 26c 4.
|
Wara l-okkorrenza ta' avveniment ta' infurzar fir-rigward tal-oriġinatur, l-investitur għandu jkun permess li jieħu azzjoni ta' infurzar. Fil-każ ta' titolizzazzjoni bl-użu ta' SSPE, meta jinħareġ avviż ta' eżekuzzjoni jew ta' terminazzjoni tal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu, l-ebda ammont ta' flus kontanti ma għandu jinqabad fl-SSPE lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament operattiv tal-SSPE, il-ħlas tal-pagamenti ta' protezzjoni għal skoperturi sottostanti inadempjenti li għadhom qed jiġu ristrutturati fil-mument tat-terminazzjoni, jew ir-ripagament ordnat lil investituri f'konformità mat-termini kuntrattwali tat-titolizzazzjoni.
|
|
Artikolu 26c 5.
|
It-telf għandu jiġi allokat lid-detenturi ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni fl-ordni tas-superjorità tas-segmenti, bl-aktar segment subordinat jiġi l-ewwel. L-ammortizzament sekwenzjali għandu jiġi applikat għas-segmenti kollha biex jiġi ddeterminat l-ammont pendenti tas-segmenti f'kull data ta' pagament, bl-aktar segment superjuri jiġi l-ewwel. B’deroga mit-tieni subparagrafu, tranżazzjonijiet li jinkludu prijorità mhux sekwenzjali ta' pagamenti għandhom jinkludu skattaturi relatati mal-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti li jirriżultaw f'li l-prijorità ta' pagamenti tinverta l-ammortizzament għall-pagamenti sekwenzjali fl-ordni tas-superjorità. Tali skattaturi relatati mal-prestazzjoni għandhom jinkludu mill-inqas:
(a)
jew iż-żieda fl-ammont kumulattiv ta' skoperturi inadempjenti jew iż-żieda fit-telf kumulattiv akbar minn perċentwal partikolari tal-ammont pendenti tal-portafoll sottostanti;
(b)
skattatur retrospettiv addizzjonali wieħed; kif ukoll
(c)
skattatur prospettiv wieħed.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni, u fejn rilevanti, dwar il-kalibrazzjoni tal-iskattaturi relatati mal-prestazzjoni. L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2021. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fir-raba’ subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Hekk kif is-segmenti jammortizzaw, l-ammont tal-kollateral daqs l-ammont tal-ammortizzament ta' dawk is-segmenti għandu jingħata lura lill-investituri, dment li l-investituri jkunu kollateralizzaw dawk is-segmenti. Meta avveniment ta' kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 26e jkun seħħ fir-rigward ta' skoperturi sottostanti u r-ristrutturar tad-dejn għal dawk l-iskoperturi ma jkunx tlesta, l-ammont ta' protezzjoni tal-kreditu li jifdal fi kwalunkwe data ta' pagament għandu jkun mill-inqas ekwivalenti għall-ammont nominali pendenti ta' dawk l-iskoperturi sottostanti, li minnu jitnaqqas l-ammont ta' kwalunkwe pagament interim magħmul fir-rigward ta' dawk l-iskoperturi sottostanti.
|
|
Artikolu 26c 6.
|
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tinkludi dispożizzjonijiet jew skattaturi xierqa ta' ammortizzament antiċipat għat-terminazzjoni tal-perijodu rotanti meta titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni rotanti, inkluż tal-inqas dawn li ġejjin:
(a)
deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti għal jew f'livell inqas minn limitu predefinit;
(b)
żieda fit-telf li tkun ogħla mil-limitu stabbilit minn qabel;
(c)
nuqqas li jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predeterminata matul perjodu speċifikat.
|
|
Artikolu 26c 7.
|
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b'mod ċar:
(a)
l-obbligi, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-ġestur, il-fiduċjarju u fornituri oħra ta' servizzi anċillari, kif applikabbli, u jew l-aġent ta' verifika ta' parti terza msemmija fl-Artikolu 26e(4);
(b)
id-dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni tas-servizzjant, il-fiduċjarju, fornituri oħra ta' servizzi anċillari jew l-aġent ta' verifika ta' parti terza msemmija fl-Artikolu 26e(4) fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' kwalunkwe wieħed minn dawk il-fornituri ta' servizzi, meta dawk il-fornituri ta' servizzi jkunu differenti mill-oriġinatur, b'mod li ma jirriżultax fit-tmiem tal-forniment ta' dawk is-servizzi;
(c)
il-proċeduri ta' ġestjoni li japplikaw għall-iskoperturi sottostanti fid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni u wara u ċ-ċirkostanzi li fihom dawk il-proċeduri jistgħu jiġu mmodifikati;
(d)
l-istandards tal-ġestjoni li s-servizzjant ikun obbligat li jaderixxi magħhom fil-ġestjoni tal-iskoperturi sottostanti matul il-ħajja kollha tat-titolizzazzjoni.
|
|
Artikolu 26c 8.
|
Is-servizzjant għandu jkollu għarfien espert fil-ġestjoni ta' skoperturi ta' natura simili għal dawk titolizzati u għandu jkollu politiki, proċeduri u kontrolli tal-immaniġġar tar-riskju dokumentati sew u adegwati relatati mal-ġestjoni tal-iskoperturi. Is-servizzjant għandu japplika proċeduri ta' ġestjoni għall-iskoperturi sottostanti li jkunu tal-anqas stretti daqs dawk applikati mill-oriġinatur għal skoperturi simili li mhumiex titolizzati.
|
|
Artikolu 26c 9.
|
L-oriġinatur għandu jżomm reġistru ta' referenza aġġornat biex jidentifika l-iskoperturi sottostanti f'kull ħin. Dak ir-reġistru għandu jidentifika l-obbliganti ta' referenza, l-obbligi ta' referenza li minnhom joriġinaw l-iskoperturi sottostanti u, għal kull skopertura sottostanti, l-ammont nominali li huwa protett u li huwa pendenti.
|
|
Artikolu 26c 10.
|
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tinkludi dispożizzjonijiet ċari li jiffaċilitaw ir-riżoluzzjoni f'waqtha ta' kunflitti bejn klassijiet differenti ta' investituri. Fil-każ ta' titolizzazzjoni bl-użu ta' SSPE, id-drittijiet tal-vot għandhom ikunu ddefiniti b'mod ċar u jiġu allokati lid-detenturi tal-bonds u r-responsabbiltajiet tal-fiduċjarju u tal-entitajiet oħrajn bi dmirijiet fiduċjarji lejn l-investituri għandhom jiġu identifikati b'mod ċar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|