+Artikolu 26c 5.

Artikolu 26c 5.

It-telf għandu jiġi allokat lid-detenturi ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni fl-ordni tas-superjorità tas-segmenti, bl-aktar segment subordinat jiġi l-ewwel.

L-ammortizzament sekwenzjali għandu jiġi applikat għas-segmenti kollha biex jiġi ddeterminat l-ammont pendenti tas-segmenti f'kull data ta' pagament, bl-aktar segment superjuri jiġi l-ewwel.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, tranżazzjonijiet li jinkludu prijorità mhux sekwenzjali ta' pagamenti għandhom jinkludu skattaturi relatati mal-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti li jirriżultaw f'li l-prijorità ta' pagamenti tinverta l-ammortizzament għall-pagamenti sekwenzjali fl-ordni tas-superjorità. Tali skattaturi relatati mal-prestazzjoni għandhom jinkludu mill-inqas:

(a) 

jew iż-żieda fl-ammont kumulattiv ta' skoperturi inadempjenti jew iż-żieda fit-telf kumulattiv akbar minn perċentwal partikolari tal-ammont pendenti tal-portafoll sottostanti;

(b) 

skattatur retrospettiv addizzjonali wieħed; kif ukoll

(c) 

skattatur prospettiv wieħed.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni, u fejn rilevanti, dwar il-kalibrazzjoni tal-iskattaturi relatati mal-prestazzjoni.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2021.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fir-raba’ subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Hekk kif is-segmenti jammortizzaw, l-ammont tal-kollateral daqs l-ammont tal-ammortizzament ta' dawk is-segmenti għandu jingħata lura lill-investituri, dment li l-investituri jkunu kollateralizzaw dawk is-segmenti.

Meta avveniment ta' kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 26e jkun seħħ fir-rigward ta' skoperturi sottostanti u r-ristrutturar tad-dejn għal dawk l-iskoperturi ma jkunx tlesta, l-ammont ta' protezzjoni tal-kreditu li jifdal fi kwalunkwe data ta' pagament għandu jkun mill-inqas ekwivalenti għall-ammont nominali pendenti ta' dawk l-iskoperturi sottostanti, li minnu jitnaqqas l-ammont ta' kwalunkwe pagament interim magħmul fir-rigward ta' dawk l-iskoperturi sottostanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.