+Artikolu 26d Rekwiżiti relatati mat-trasparenza
---+Artikolu 26d 1.
---+Artikolu 26d 2.
---+Artikolu 26d 3.
---+Artikolu 26d 4.
---+Artikolu 26d 5.
---+Artikolu 26d 6.
|
Artikolu 26d Rekwiżiti relatati mat-trasparenza
Rekwiżiti relatati mat-trasparenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26d 1.
|
L-oriġinatur għandu jagħmel disponibbli data storika dwar il-prestazzjoni statika u dinamika fir-rigward ta' inadempjenzi u telf, bħad-data dwar id-delinkwenza u l-inadempjenza, għal skoperturi sostanzjalment simili għal dawk li jkunu qed jiġu titolizzati, u s-sorsi ta' dik id-data u l-bażi għad-dikjarazzjoni ta' similarità, lil investituri potenzjali qabel l-ipprezzar. Dik id-data għandha tkopri perjodu ta' mill-anqas ħames snin.
|
|
Artikolu 26d 2.
|
Kampjun tal-iskoperturi sottostanti għandu jkun soġġett għal verifika esterna qabel l-għeluq tat-tranżazzjoni minn parti xierqa u indipendenti, inkluża verifika li l-iskoperturi sottostanti huma eliġibbli għall-protezzjoni tal-kreditu skont il-ftehim tal-protezzjoni tal-kreditu.
|
|
Artikolu 26d 3.
|
L-oriġinatur għandu, qabel l-ipprezzar tat-titolizzazzjoni, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-investituri potenzjali mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligi li jirrappreżenta b'mod preċiż ir-relazzjoni kuntrattwali bejn l-iskoperturi sottostanti u l-pagamenti fi flussi bejn l-oriġinatur, l-investituri, partijiet terzi oħra u, jekk applikabbli, l-SSPE, u wara l-ipprezzar għandu jagħmel dak il-mudell disponibbli għall-investituri fuq bażi kontinwa u għall-investituri potenzjali fuq talba.
|
|
Artikolu 26d 4.
|
Fil-każ ta' titolizzazzjoni fejn l-iskoperturi sottostanti huma self residenzjali jew self jew kirjiet għal karozzi, l-oriġinatur għandu jippubblika l-informazzjoni disponibbli relatata mal-prestazzjoni ambjentali tal-assi ffinanzjati minn dak is-self residenzjali, self jew kirjiet għal karozzi, bħala parti mill-informazzjoni ddivulgata skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1). B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-oriġinaturi jistgħu, mill-1 ta' Ġunju 2021, jiddeċiedu li jippubblikaw l-informazzjoni disponibbli relatata mal-impatti negattivi prinċipali tal-assi ffinanzjati mill-iskoperturi sottostanti fuq il-fatturi ta' sostenibbiltà.
|
|
Artikolu 26d 5.
|
L-oriġinatur għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7. L-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) għandha tkun disponibbli għal investituri potenzjali qabel l-ipprezzar fuq talba tagħhom. L-informazzjoni meħtieġa skont il-punti (b) sa (d) tal- ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) għandha tkun disponibbli qabel l-ipprezzar, mill-inqas f'forma abbozzata jew inizjali. Id-dokumentazzjoni finali għandha tkun disponibbli għall-investituri mhux iktar tard minn 15-il jum wara l-għeluq tat-tranżazzjoni.
|
|
Artikolu 26d 6.
|
Sal-10 ta’ Lulju 2021, l-ASE għandhom jiżviluppaw, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, abbozz ta' standards tekniċi regolatorji f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà fir-rigward ta' impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra ambjentali, soċjali u relatati mal-governanza. Meta rilevanti, l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jirrifletti jew jibni fuq l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati f'konformità mal-mandat mogħti lill-ASE fir-Regolament (UE) 2019/2088, b'mod partikolari fl-Artikolu 2a u l-Artikoli 4(6) u (7) tiegħu. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|