+Artikolu 26e 2.

Artikolu 26e 2.

Il-pagament ta' protezzjoni tal-kreditu wara li jseħħ avveniment ta' kreditu għandu jiġi kkalkulat abbażi tat-telf effettiv imġarrab mill-oriġinatur jew mill-mutwanti oriġinali, kif maħdum skont il-politiki u l-proċeduri standard ta' rkupru għat-tipi ta' skoperturi rilevanti u rreġistrat fir-rapporti finanzjarji fiż-żmien meta jsir il-pagament. Il-pagament finali tal-protezzjoni tal-kreditu għandu jkun pagabbli f'perjodu speċifikat wara li d-dejn għall-iskopertura sottostanti rilevanti fejn ir-ristrutturar tad-dejn ikun tlesta qabel il-maturità legali skedata jew it-terminazzjoni bikrija tal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu.

Pagament interim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jseħħ avveniment ta' kreditu kif imsemmi fil-paragrafu 1 f'każijiet fejn ir-ristrutturar tad-dejn għat-telf għall-iskopertura sottostanti rilevanti ma jkunx tlesta sa tmiem dak il-perjodu ta' sitt xhur. Il-pagament interim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jkun mill-inqas l-ogħla wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-ammont ta' telf mistenni li huwa ekwivalenti għall-indeboliment irreġistrat mill-oriġinatur fir-rapporti finanzjarji tiegħu f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli fiż-żmien meta jsir il-pagament interim bis-suppożizzjoni li l-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu ma jeżistix u ma jkopri l-ebda telf;

(b) 

jekk applikabbli, l-ammont ta' telf mistenni kif iddeterminat skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Meta jsir pagament interim ta' protezzjoni tal-kreditu, il-pagament finali ta' protezzjoni tal-kreditu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir sabiex jiġi aġġustat is-saldu interim tat-telf mat-telf effettiv imġarrab.

Il-metodu għall-kalkolu tal-pagamenti interim u finali ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jiġi speċifikat fil-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu.

Il-pagament ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jkun proporzjonali għas-sehem tal-ammont nominali pendenti tal-iskopertura sottostanti korrispondenti li tkun koperta mill-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu.

Id-dritt tal-oriġinatur li jirċievi l-pagament tal-protezzjoni tal-kreditu għandu jkun infurzabbli. L-ammonti pagabbli mill-investituri taħt il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar fil-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu u għandhom jiġu limitati. Għandu jkun possibbli li dawk l-ammonti jiġu kkalkulati f'kull ċirkostanza. Il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jistabbilixxi b'mod ċar iċ-ċirkostanzi li fihom l-investituri għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu l-pagamenti. L-aġent ta' verifika ta' parti terza msemmi fil-paragrafu 4 għandu jivvaluta jekk seħħewx ċirkostanzi bħal dawn.

L-ammont ta' pagament ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jiġi kkalkulat fil-livell tal-iskopertura sottostanti individwali li għaliha jkun seħħ avveniment ta' kreditu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.