+Artikolu 26e Rekwiżiti li jikkonċernaw il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu, l-aġent ta' verifika ta' parti terza u l-marġni pożittiv sintetiku
---+Artikolu 26e 1.
---+Artikolu 26e 2.
---+Artikolu 26e 3.
---+Artikolu 26e 4.
---+Artikolu 26e 5.
---+Artikolu 26e 6.
---+Artikolu 26e 7
---+Artikolu 26e 8.
---+Artikolu 26e 9.
---+Artikolu 26e 10.

Artikolu 26e Rekwiżiti li jikkonċernaw il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu, l-aġent ta' verifika ta' parti terza u l-marġni pożittiv sintetiku

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu, l-aġent ta' verifika ta' parti terza u l-marġni pożittiv sintetiku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26e 1.

Il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu tal-inqas ikopri l-avvenimenti tal-kreditu li ġejjin:

(a) 

fejn it-trasferiment tar-riskju jinkiseb bl-użu ta' garanziji, l-avvenimenti tal-kreditu msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 215(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

(b) 

fejn it-trasferiment tar-riskju jinkiseb bl-użu ta' derivattivi tal-kreditu, l-avvenimenti tal-kreditu msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 216(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

L-avvenimenti ta' kreditu kollha għandhom jiġu dokumentati.

Il-miżuri ta' trażżin fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 47b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jiġu applikati għall-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jipprekludu l-iskattar tal-avvenimenti ta' kreditu eliġibbli.

Artikolu 26e 2.
Il-pagament ta' protezzjoni tal-kreditu wara li jseħħ avveniment ta' kreditu għandu jiġi kkalkulat abbażi tat-telf effettiv imġarrab mill-oriġinatur jew mill-mutwanti oriġinali, kif maħdum skont il-politiki u l-proċeduri standard ta' rkupru għat-tipi ta' skoperturi rilevanti u rreġistrat fir-rapporti finanzjarji fiż-żmien meta jsir il-pagament. Il-pagament finali tal-protezzjoni tal-kreditu għandu jkun pagabbli f'perjodu speċifikat wara li d-dejn għall-iskopertura sottostanti rilevanti fejn ir-ristrutturar tad-dejn ikun tlesta qabel il-maturità legali skedata jew it-terminazzjoni bikrija tal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu.

Pagament interim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jseħħ avveniment ta' kreditu kif imsemmi fil-paragrafu 1 f'każijiet fejn ir-ristrutturar tad-dejn għat-telf għall-iskopertura sottostanti rilevanti ma jkunx tlesta sa tmiem dak il-perjodu ta' sitt xhur. Il-pagament interim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jkun mill-inqas l-ogħla wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-ammont ta' telf mistenni li huwa ekwivalenti għall-indeboliment irreġistrat mill-oriġinatur fir-rapporti finanzjarji tiegħu f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli fiż-żmien meta jsir il-pagament interim bis-suppożizzjoni li l-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu ma jeżistix u ma jkopri l-ebda telf;

(b) 

jekk applikabbli, l-ammont ta' telf mistenni kif iddeterminat skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Meta jsir pagament interim ta' protezzjoni tal-kreditu, il-pagament finali ta' protezzjoni tal-kreditu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir sabiex jiġi aġġustat is-saldu interim tat-telf mat-telf effettiv imġarrab.

Il-metodu għall-kalkolu tal-pagamenti interim u finali ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jiġi speċifikat fil-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu.

Il-pagament ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jkun proporzjonali għas-sehem tal-ammont nominali pendenti tal-iskopertura sottostanti korrispondenti li tkun koperta mill-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu.

Id-dritt tal-oriġinatur li jirċievi l-pagament tal-protezzjoni tal-kreditu għandu jkun infurzabbli. L-ammonti pagabbli mill-investituri taħt il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar fil-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu u għandhom jiġu limitati. Għandu jkun possibbli li dawk l-ammonti jiġu kkalkulati f'kull ċirkostanza. Il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jistabbilixxi b'mod ċar iċ-ċirkostanzi li fihom l-investituri għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu l-pagamenti. L-aġent ta' verifika ta' parti terza msemmi fil-paragrafu 4 għandu jivvaluta jekk seħħewx ċirkostanzi bħal dawn.

L-ammont ta' pagament ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jiġi kkalkulat fil-livell tal-iskopertura sottostanti individwali li għaliha jkun seħħ avveniment ta' kreditu.

Artikolu 26e 3.
Il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jispeċifika l-perjodu ta' estensjoni massimu li għandu japplika għar-ristrutturar tad-dejn għall-iskoperturi sottostanti li fir-rigward tagħhom seħħ avveniment ta' kreditu kif imsemmi fil-paragrafu 1, iżda fejn ir-ristrutturar tad-dejn ma jkunx ġie kkompletat sal-maturità legali skedata jew sat-terminazzjoni bikrija tal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu. Tali perjodu ta' estensjoni ma għandux ikun itwal minn sentejn. Il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jipprevedi li, sa tmiem dak il-perjodu ta' estensjoni, għandu jsir pagament finali ta' protezzjoni tal-kreditu fuq il-bażi tal-istima finali tat-telf tal-oriġinatur li jkun irid jiġi reġistrat mill-oriġinatur fir-rapporti finanzjarji tiegħu f'dak iż-żmien bis-suppożizzjoni li l-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu ma jeżistix u ma jkopri l-ebda telf.

Fil-każ li l-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu jiġi tterminat, ir-ristrutturar tad-dejn għandu jkompli fir-rigward ta' kwalunkwe avveniment ta' kreditu pendenti li seħħ qabel dik it-terminazzjoni bl-istess mod bħal dak deskritt fl-ewwel subparagrafu.

Il-primjums tal-protezzjoni tal-kreditu li għandhom jitħallsu skont il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandhom ikunu strutturati bħala kontinġenti fuq l-ammont nominali pendenti tal-iskoperturi titolizzati produttivi u għandhom jirriflettu r-riskju tas-segment protett. Għal dawk il-finijiet, il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu ma għandux jistipula primjums garantiti, pagamenti bil-quddiem tal-primjum, mekkaniżmi ta' ribass jew mekkaniżmi oħra li jistgħu jevitaw jew inaqqsu l-allokazzjoni attwali tat-telf għall-investituri jew għar-ritorn ta' parti mill-primjums imħallsin lill-oriġinatur wara l-maturità tat-tranżazzjoni.

B'deroga mit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-pagamenti ta' primjum bil-quddiem għandhom ikunu permessi, dment li jkun hemm konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, meta l-iskema ta' garanzija tkun prevista b'mod speċifiku fid-dritt nazzjonali ta' Stat Membru u tibbenefika minn kontrogaranzija ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 214(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tiddeskrivi kif il-primjum tal-protezzjoni tal-kreditu u kwalunkwe kupun, jekk ikun hemm, jiġu kkalkolati fir-rigward ta' kull data ta' pagament matul il-ħajja kollha tat-titolizzazzjoni.

Id-drittijiet tal-investituri li jirċievu primjums tal-protezzjoni tal-kreditu għandhom ikunu infurzabbli.

Artikolu 26e 4.

L-oriġinatur għandu jaħtar aġent ta' verifika ta' parti terza qabel id-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni. Għal kull waħda mill-iskoperturi sottostanti li jingħata avviż ta' avveniment ta' kreditu għaliha, l-aġent ta' verifika ta' parti terza għandu jivverifika, mill-inqas, dan kollu li ġej:

(a) 

li l-avveniment ta' kreditu msemmi fl-avviż ta' avveniment ta' kreditu huwa avveniment ta' kreditu kif speċifikat fit-termini tal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu;

(b) 

li l-iskopertura sottostanti kienet inkluża fil-portafoll ta' referenza fiż-żmien tal-okkorrenza tal-avveniment ta' kreditu kkonċernat;

(c) 

li l-iskopertura sottostanti ssodisfat il-kriterji ta' eliġibbiltà fil-mument tal-inklużjoni tagħha fil-portafoll ta' referenza;

(d) 

meta skopertura sottostanti tkun ġiet miżjuda mat-titolizzazzjoni bħala riżultat ta' rikostituzzjoni, li tali rikostituzzjoni kienet konformi mal-kundizzjonijiet tar-rikostituzzjoni;

(e) 

li l-ammont ta' telf finali jkun konsistenti mat-telf irreġistrat mill-oriġinatur fir-rapport tal-introjtu tiegħu;

(f) 

li, fil-mument li jsir il-pagament finali għall-protezzjoni tal-kreditu, it-telf fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti jkun ġie korrettament allokat lill-investituri.

L-aġent ta' verifika ta' parti terza għandu jkun indipendenti mill-oriġinatur u mill-investituri, u, fejn applikabbli, mill-SSPE u għandu jkun aċċetta l-ħatra bħala aġent ta' verifika ta' parti terza sad-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni.

L-aġent ta' verifika ta' parti terza jista' jwettaq il-verifika fuq bażi ta' kampjun minflok fuq il-bażi ta' kull skopertura sottostanti individwali li għaliha jintalab pagament ta' protezzjoni tal-kreditu. Madankollu, l-investituri jistgħu jitolbu l-verifika tal-eliġibbiltà ta' kwalunkwe skopertura sottostanti partikolari meta ma jkunux issodisfati bil-verifika abbażi ta' kampjun.

L-oriġinatur għandu jinkludi impenn fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni li jipprovdi lill-aġent ta' verifika ta' parti terza l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivverifika r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 26e 5.

L-oriġinatur ma jistax itemm tranżazzjoni qabel il-maturità skedata għal kwalunkwe raġuni oħra għajr xi waħda mill-avvenimenti li ġejjin:

(a) 

l-insolvenza tal-investitur;

(b) 

in-nuqqasijiet tal-investituri li jħallsu kwalunkwe ammont dovut skont il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu jew ksur mill-investitur ta' kwalunkwe obbligu materjali stabbilit fid-dokumenti ta' tranżazzjoni;

(c) 

avvenimenti regolatorji rilevanti, inklużi:

(i) 

bidliet rilevanti fild-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, bidliet rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti għal interpretazzjonijiet ippubblikati uffiċjalment ta' dawn il-liġijiet, fejn applikabbli, jew bidliet rilevanti fit-tassazzjoni jew trattament kontabilistiku tat-tranżazzjoni li jkollhom effett negattiv materjali fuq l-effiċjenza ekonomika ta' tranżazzjoni, f'kull każ imqabbla ma' dawk antiċipati fiż-żmien tad-dħul fit-tranżazzjoni u li ma setgħux ikunu raġonevolment mistennija dak iż-żmien;

(ii) 

determinazzjoni minn awtorità kompetenti li l-oriġinatur jew kwalunkwe affiljat tal-oriġinatur ma jkollux il-permess jew ma jibqax ikollu l-permess li jirrikonoxxi trasferiment tar-riskju ta’ kreditu sinifikanti skont l-Artikolu 245(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tat-titolizzazzjoni;

(d) 

l-eżerċitar ta' opzjoni ta' xiri tat-tranżazzjoni f'mument speċifiku (time call), meta l-perjodu ta' żmien imkejjel mid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni ikun daqs jew akbar mill-ħajja medja ponderata tal-portafoll ta' referenza inizjali fid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni;

(e) 

l-eżerċitar ta' għażla eżerċitabbli eżawrjenti kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 242 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f) 

fil-każ ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata, l-investitur ma jibqax jikkwalifika bħala fornitur tal-protezzjoni eliġibbli skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8.

Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika jekk xi wieħed mid-drittijiet ta' call imsemmija fil-punti (d) u (e) humiex inklużi fit-tranżazzjoni kkonċernata u kif dawn id-drittijiet ta' call huma strutturati.

Għall-finijiet tal-punt (d), it-time call ma għandhiex tkun strutturata biex jiġi evitat li t-telf jiġi allokat għal pożizzjonijiet ta' titjib fil-kreditu jew pożizzjonijiet oħra li jkollhom l-investituri u ma għandhiex tkun strutturata b'mod ieħor biex tipprovdi titjib fil-kreditu.

Meta t-time call jiġi eżerċitat, l-oriġinaturi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kif ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi huma ssodisfatti, inkluża ġustifikazzjoni tal-użu tat-time call u rendikont plawżibbli li juri li l-eżerċitar tal-call mhux isir minħabba xi deterjorament fil-kwalità tal-assi sottostant.

Fil-każ ta' protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu, mat-terminazzjoni tal-ftehim tal-protezzjoni tal-kreditu, il-kollateral għandu jingħata lura lill-investituri fl-ordni tas-superjorità tas-segmenti soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġi rilevanti tal-insolvenza, kif applikabbli għall-oriġinatur.

Artikolu 26e 6.
Investituri ma jistgħux itemmu tranżazzjoni qabel il-maturità skedata tagħha għal kwalunkwe raġuni oħra għajr in-nuqqas ta' ħlas tal-primjum għall-protezzjoni tal-kreditu jew kwalunkwe ksur materjali ieħor tal-obbligi kuntrattwali mill-oriġinatur.
Artikolu 26e 7

L-oriġinatur jista' jimpenja marġni pożittiv sintetiku, li għandu jkun disponibbli bħala titjib fil-kreditu għall-investituri, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-ammont tal-marġni pożittiv sintetiku li l-oriġinatur jieħu l-impenn li juża bħala titjib fil-kreditu f'kull perjodu ta' pagament huwa speċifikat fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni u espress bħala perċentwal fiss tal-bilanċ totali pendenti tal-portafoll fil-bidu tal-perjodu ta' pagament rilevanti (marġni pożittiv sintetiku fiss);

(b) 

il-marġni pożittiv sintetiku li ma jintużax biex ikopri t-telf ta' kreditu li jimmaterjalizza waqt kull perjodu ta' pagament għandu jiġi rritornat lill-oriġinatur;

(c) 

għal oriġinaturi li jużaw l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont totali impenjat kull sena ma għandux ikun ogħla mill-ammonti regolatorji ta' telf mistennija ta' sena fuq l-iskoperturi sottostanti kollha għal dik is-sena, ikkalkulati skont l-Artikolu 158 ta' dak ir-Regolament;

(d) 

għal oriġinaturi li ma jużaw l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kalkolu tat-telf mistenni ta' sena tal-portafoll sottostanti għandu jiġi determinat b'mod ċar fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni;

(e) 

id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tispeċifika l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.

Artikolu 26e 8.

Ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jieħu l-forma ta’:

(a) 

garanzija li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li biha r-riskju ta' kreditu jiġi trasferit lil kwalunkwe waħda mill-entitajiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 214(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm l-iskoperturi għall-investitur jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 0 % skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament;

(b) 

garanzija li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tibbenefika minn kontrogaranzija ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; jew

(c) 

protezzjoni ta' kreditu oħra mhux imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu fil-forma ta' garanzija, derivattiva ta' kreditu jew nota marbuta ma' kreditu li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li l-obbligi tal-investitur ikunu żgurati minn kollateral li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 9 u 10 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 26e 9.

Protezzjoni ta’ kreditu oħra msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 8 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

id-dritt tal-oriġinatur li juża l-kollateral sabiex jissodisfa l-obbligi tal-ħlas ta' protezzjoni tal-investituri huwa infurzabbli u l-infurzabbiltà ta' dak id-dritt hija żgurata permezz ta' arranġamenti kollaterali xierqa;

(b) 

meta t-titolizzazzjoni tiġi xolta jew meta s-segmenti jiġu ammortizzati, id-dritt tal-investituri li jirritornaw kwalunkwe kollateral li ma ntużax biex jissodisfaw il-pagamenti ta' protezzjoni jkun infurzabbli;

(c) 

meta l-kollateral jiġi investit f'titoli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tistabbilixxi l-kriterji ta' eliġibbiltà u l-arranġament ta' kustodja għal tali titoli.

Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika jekk l-investituri jibqgħux esposti għar-riskju tal-kreditu tal-oriġinatur.

L-oriġinatur għandu jikseb opinjoni minn konsulent legali kkwalifikat li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-protezzjoni tal-kreditu fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha.

Artikolu 26e 10.

Fejn tiġi pprovduta protezzjoni ta' kreditu oħra skont il-punt (c) tal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, l-oriġinatur u l-investitur għandhom jirrikorru għal kollateral ta' kwalità għolja, li għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

kollateral f'forma ta' titoli ta' dejn b'piż tar-riskju ta' 0 % msemmija fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

dawk it-titoli tad-dejn għandhom maturità massima li jifdal ta' tliet xhur li ma għandhiex tkun itwal mill-perjodu li jifdal sad-data ta' pagament li jmiss;

(ii) 

dawk it-titoli tad-dejn jistgħu jinfdew fi flus f'ammont ugwali għall-bilanċ pendenti tas-segment protett;

(iii) 

dawk it-titoli tad-dejn jinżammu minn kustodju indipendenti mill-oriġinatur u l-investituri;

(b) 

kollateral f'forma ta' flus kontanti miżmuma ma' istituzzjoni ta' kreditu terza b'livell tal-kwalità tal-kreditu 3 jew ogħla f’konformita’ mal-assoċjazzjoni stabbilita fl-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, soġġett għall-kunsens espliċitu fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni finali mill-investitur wara li jkun wettaq id-diliġenza dovuta tiegħu skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni ta' kwalunkwe skopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti rilevanti, l-oriġinatur biss jista' jirrikorri għal kollateral ta' kwalità għolja fil-forma ta' flus kontanti depożitati mal-oriġinatur, jew ma' wieħed mill-affiljati tiegħu, jekk l-oriġinatur jew wieħed mill-affiljati tiegħu jikkwalifika bħala minimu għall-kwalità tal-kreditu 2 f’konformità mal-assoċjazzjoni stabbilita fl-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(5) jistgħu, wara li jikkonsultaw mal-EBA, jippermettu kollateral fil-forma ta' flus kontanti depożitati mal-oriġinatur, jew ma' wieħed mill-affiljati tiegħu, jekk l-oriġinatur jew wieħed mill-affiljati tiegħu jikkwalifika għal livell tal-kwalità tal-kreditu 3 dment li jkunu jistgħu jiġu ddokumentati d-diffikultajiet tas-suq, l-impedimenti oġġettivi relatati mal-iskala tal-kwalità tal-kreditu assenjata lill-Istat Membru tal-istituzzjoni jew il-problemi sinifikanti potenzjali ta' konċentrazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat minħabba l-applikazzjoni tar-rekwiżit minimu tal-livell tal-kwalità tal-kreditu 2 msemmi fit-tieni subparagrafu.

Jekk l-istituzzjoni ta' kreditu terza jew l-oriġinatur jew wieħed mill-affiljati tiegħu ma jibqgħux jikkwalifikaw għall-livell minimu tal-kwalità tal-kreditu, il-kollateral għandu jiġi ttrasferit fi żmien disa' xhur lil istituzzjoni ta' kreditu terza b'livell tal-kwalità tal-kreditu 3 jew ogħla, jew il-kollateral għandu jiġi investit f'titoli li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom jitqiesu ssodisfati fil-każ ta' investimenti f'noti marbuta ma' kreditu maħruġa mill-oriġinatur, f'konformità mal-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-EBA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-prattiki ta' kollateralizzazzjoni taħt dan l-Artikolu, b'attenzjoni partikolari għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u riskji ekonomiċi u finanzjarji oħra mġarrba mill-investituri li jirriżultaw minn tali prattiki ta' kollateralizzazzjoni.

L-EBA għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-10 ta’ April 2023.

Sal-10 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' dak ir-rapport tal-EBA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu b'attenzjoni partikolari għar-riskju ta' akkumulazzjoni eċċessiva tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti fis-sistema finanzjarja, flimkien ma' proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan l-Artikolu, jekk xieraq.;

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.