|
+Artikolu 26e 3. |
Artikolu 26e 3.Il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jispeċifika l-perjodu ta' estensjoni massimu li għandu japplika għar-ristrutturar tad-dejn għall-iskoperturi sottostanti li fir-rigward tagħhom seħħ avveniment ta' kreditu kif imsemmi fil-paragrafu 1, iżda fejn ir-ristrutturar tad-dejn ma jkunx ġie kkompletat sal-maturità legali skedata jew sat-terminazzjoni bikrija tal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu. Tali perjodu ta' estensjoni ma għandux ikun itwal minn sentejn. Il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jipprevedi li, sa tmiem dak il-perjodu ta' estensjoni, għandu jsir pagament finali ta' protezzjoni tal-kreditu fuq il-bażi tal-istima finali tat-telf tal-oriġinatur li jkun irid jiġi reġistrat mill-oriġinatur fir-rapporti finanzjarji tiegħu f'dak iż-żmien bis-suppożizzjoni li l-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu ma jeżistix u ma jkopri l-ebda telf. Fil-każ li l-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu jiġi tterminat, ir-ristrutturar tad-dejn għandu jkompli fir-rigward ta' kwalunkwe avveniment ta' kreditu pendenti li seħħ qabel dik it-terminazzjoni bl-istess mod bħal dak deskritt fl-ewwel subparagrafu. Il-primjums tal-protezzjoni tal-kreditu li għandhom jitħallsu skont il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandhom ikunu strutturati bħala kontinġenti fuq l-ammont nominali pendenti tal-iskoperturi titolizzati produttivi u għandhom jirriflettu r-riskju tas-segment protett. Għal dawk il-finijiet, il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu ma għandux jistipula primjums garantiti, pagamenti bil-quddiem tal-primjum, mekkaniżmi ta' ribass jew mekkaniżmi oħra li jistgħu jevitaw jew inaqqsu l-allokazzjoni attwali tat-telf għall-investituri jew għar-ritorn ta' parti mill-primjums imħallsin lill-oriġinatur wara l-maturità tat-tranżazzjoni. B'deroga mit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-pagamenti ta' primjum bil-quddiem għandhom ikunu permessi, dment li jkun hemm konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, meta l-iskema ta' garanzija tkun prevista b'mod speċifiku fid-dritt nazzjonali ta' Stat Membru u tibbenefika minn kontrogaranzija ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 214(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tiddeskrivi kif il-primjum tal-protezzjoni tal-kreditu u kwalunkwe kupun, jekk ikun hemm, jiġu kkalkolati fir-rigward ta' kull data ta' pagament matul il-ħajja kollha tat-titolizzazzjoni. Id-drittijiet tal-investituri li jirċievu primjums tal-protezzjoni tal-kreditu għandhom ikunu infurzabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|