|
+Artikolu 26e 5. |
Artikolu 26e 5.L-oriġinatur ma jistax itemm tranżazzjoni qabel il-maturità skedata għal kwalunkwe raġuni oħra għajr xi waħda mill-avvenimenti li ġejjin:
(a)
l-insolvenza tal-investitur;
(b)
in-nuqqasijiet tal-investituri li jħallsu kwalunkwe ammont dovut skont il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu jew ksur mill-investitur ta' kwalunkwe obbligu materjali stabbilit fid-dokumenti ta' tranżazzjoni;
(c)
avvenimenti regolatorji rilevanti, inklużi:
(i)
bidliet rilevanti fild-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, bidliet rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti għal interpretazzjonijiet ippubblikati uffiċjalment ta' dawn il-liġijiet, fejn applikabbli, jew bidliet rilevanti fit-tassazzjoni jew trattament kontabilistiku tat-tranżazzjoni li jkollhom effett negattiv materjali fuq l-effiċjenza ekonomika ta' tranżazzjoni, f'kull każ imqabbla ma' dawk antiċipati fiż-żmien tad-dħul fit-tranżazzjoni u li ma setgħux ikunu raġonevolment mistennija dak iż-żmien;
(ii)
determinazzjoni minn awtorità kompetenti li l-oriġinatur jew kwalunkwe affiljat tal-oriġinatur ma jkollux il-permess jew ma jibqax ikollu l-permess li jirrikonoxxi trasferiment tar-riskju ta’ kreditu sinifikanti skont l-Artikolu 245(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tat-titolizzazzjoni;
(d)
l-eżerċitar ta' opzjoni ta' xiri tat-tranżazzjoni f'mument speċifiku (time call), meta l-perjodu ta' żmien imkejjel mid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni ikun daqs jew akbar mill-ħajja medja ponderata tal-portafoll ta' referenza inizjali fid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni;
(e)
l-eżerċitar ta' għażla eżerċitabbli eżawrjenti kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 242 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(f)
fil-każ ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata, l-investitur ma jibqax jikkwalifika bħala fornitur tal-protezzjoni eliġibbli skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8. Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika jekk xi wieħed mid-drittijiet ta' call imsemmija fil-punti (d) u (e) humiex inklużi fit-tranżazzjoni kkonċernata u kif dawn id-drittijiet ta' call huma strutturati. Għall-finijiet tal-punt (d), it-time call ma għandhiex tkun strutturata biex jiġi evitat li t-telf jiġi allokat għal pożizzjonijiet ta' titjib fil-kreditu jew pożizzjonijiet oħra li jkollhom l-investituri u ma għandhiex tkun strutturata b'mod ieħor biex tipprovdi titjib fil-kreditu. Meta t-time call jiġi eżerċitat, l-oriġinaturi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kif ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi huma ssodisfatti, inkluża ġustifikazzjoni tal-użu tat-time call u rendikont plawżibbli li juri li l-eżerċitar tal-call mhux isir minħabba xi deterjorament fil-kwalità tal-assi sottostant. Fil-każ ta' protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu, mat-terminazzjoni tal-ftehim tal-protezzjoni tal-kreditu, il-kollateral għandu jingħata lura lill-investituri fl-ordni tas-superjorità tas-segmenti soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġi rilevanti tal-insolvenza, kif applikabbli għall-oriġinatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|