|
+Artikolu 26e 7 |
Artikolu 26e 7L-oriġinatur jista' jimpenja marġni pożittiv sintetiku, li għandu jkun disponibbli bħala titjib fil-kreditu għall-investituri, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-ammont tal-marġni pożittiv sintetiku li l-oriġinatur jieħu l-impenn li juża bħala titjib fil-kreditu f'kull perjodu ta' pagament huwa speċifikat fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni u espress bħala perċentwal fiss tal-bilanċ totali pendenti tal-portafoll fil-bidu tal-perjodu ta' pagament rilevanti (marġni pożittiv sintetiku fiss);
(b)
il-marġni pożittiv sintetiku li ma jintużax biex ikopri t-telf ta' kreditu li jimmaterjalizza waqt kull perjodu ta' pagament għandu jiġi rritornat lill-oriġinatur;
(c)
għal oriġinaturi li jużaw l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont totali impenjat kull sena ma għandux ikun ogħla mill-ammonti regolatorji ta' telf mistennija ta' sena fuq l-iskoperturi sottostanti kollha għal dik is-sena, ikkalkulati skont l-Artikolu 158 ta' dak ir-Regolament;
(d)
għal oriġinaturi li ma jużaw l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kalkolu tat-telf mistenni ta' sena tal-portafoll sottostanti għandu jiġi determinat b'mod ċar fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni;
(e)
id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tispeċifika l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|