+Artikolu 29 Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
---+Artikolu 29 8.
|
Artikolu 29 Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti
Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
Il-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti li ġejjin f’konformità mas-setgħat mogħtijin mill-atti legali rilevanti:
(a)
għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-punt (10) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(b)
għal maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv, l-awtorità kompetenti responsabbli maħtura f’konformità mal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2011/61/UE;
(c)
għall-UCITS u kumpanniji maniġerjali tal-UCITS, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2009/65/KE;
(d)
għal istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-punt (g) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
);
(e)
għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi mwettqa fuqu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
|
|
Artikolu 29 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-isponsors skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi konferiti lilu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, għandhom jissorveljaw il-konformità tal-isponsors mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 29 3.
|
Meta l-oriġinaturi, il-mutwanti oriġinali u l-SSPEs ikunu entitajiet taħt superviżjoni skont id-Direttivi 2003/41/KE, 2009/138/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura skont dawk l-atti, inkluż il-BĊE fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi konferiti lilu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, għandhom jissorveljaw il-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 29 4.
|
Għall-oriġinaturi, il-mutwanti oriġinali u l-SSPEs stabbiliti fl-Unjoni u mhux koperti mill-atti leġislattivi tal-Unjoni msemmijin fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew iktar biex jissorveljaw il-konformità mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 6, 7, 8 u 9. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti skont dan il-paragrafu sal-1 ta’ Jannar 2019. Dak l-obbligu ma għandux japplika fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet li sempliċiment ibigħu skoperturi taħt programm ABCP jew tranżazzjoni jew skema oħra ta’ titolizzazzjoni u mhumiex attivament fl-oriġinazzjoni ta’ skoperturi għall-iskop primarju tat-titolizzazzjoni tagħhom fuq bażi regolari.
|
|
Artikolu 29 5.
|
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex jissorveljaw il-konformità tal-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs mal-Artikoli 18 sa 27, u l-konformità ta’ partijiet terzi mal-Artikolu 28.
►M1
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti skont dan il-paragrafu sal-10 ta’ Ottubru 2021. Sal-ħatra ta' awtorità kompetenti biex tissorvelja l-konformita' mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 26a sa 26e, l-awtorità kompetenti maħtura biex tissorvelja l-konformita' mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 27 applikabbli fit-8 ta’ April 2021 għandha tissorvelja wkoll il-konformita' mar-rekwiżiti stabbiliti mal-Artikoli 26a sa 26e. ◄
|
|
Artikolu 29 6.
|
Il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet li sempliċiment ibigħu skoperturi taħt programm ABCP jew tranżazzjoni jew skema oħra ta’ titolizzazzjoni u mhumiex attivament fl-oriġini tal-iskoperturi għall-iskop primarju tat-titolizzazzjoni tagħhom fuq bażi regolari. F’każ bħal dan l-oriġinatur jew l-isponsor għandu jivverifika li dawk l-entitajiet jissodisfaw l-obbligi rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 27.
|
|
Artikolu 29 7.
|
L-ESMA għandha tiżgura l-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 27 ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-kompiti u s-setgħat stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha timmonitorja s-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
) u, fejn xieraq, tapplika s-setgħat ta’ intervent temporanju tagħha skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.
|
|
Artikolu 29 8.
|
L-ESMA għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq is-sit web tagħha lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|