|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.Il-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti li ġejjin f’konformità mas-setgħat mogħtijin mill-atti legali rilevanti:
(a)
għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-punt (10) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(b)
għal maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv, l-awtorità kompetenti responsabbli maħtura f’konformità mal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2011/61/UE;
(c)
għall-UCITS u kumpanniji maniġerjali tal-UCITS, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2009/65/KE;
(d)
għal istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-punt (g) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );
(e)
għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi mwettqa fuqu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|