|
+Artikolu 32 2. |
Artikolu 32 2.L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw tal-inqas is-sanzjonijiet u l-miżuri li ġejjin f’każ tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1:
(a)
dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 37;
(b)
ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;
(c)
projbizzjoni temporanja li tipprevjeni kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li nżammet responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;
(d)
fil-każ ta' ksur kif imsemmi fil-punt (e) jew (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, projbizzjoni temporanja li tipprevjeni lill-oriġinatur u lill-isponsor milli jinnotifikaw skont l-Artikolu 27(1) li titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e.
(e)
fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi għall-inqas ta’ EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Jannar 2018;
(f)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Jannar 2018 jew sa mhux aktar minn 10 % tal-fatturat annwali totali nett tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), il-fatturat annwali totali nett rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali nett jew it-tip korrispondenti ta’ dħul b’konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilistiċi rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali;
(g)
sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi li tal-inqas jilħqu d-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (e) u (f);
(h)
f'każ ta' ksur kif imsemmi fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, irtirar temporanju tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 għall-parti terza awtorizzata biex tivvaluta l-konformità ta' titolizzazzjoni mal-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|