+Artikolu 32 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
|
Artikolu 32 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
Mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-Istati Membri jipprevedu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali skont l-Artikolu 34, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jfasslu sanzjonijiet amministrattivi xierqa f’każ ta’ negliġenza jew ksur intenzjonali, u miżuri ta’ rimedju xierqa li tal-inqas ikunu applikabbli għal sitwazzjonijiet fejn:
(a)
oriġinatur, sponsor jew mutwant oriġinali jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6;
(b)
oriġinatur, sponsor jew SSPE jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 7;
(c)
oriġinatur, sponsor jew mutwant oriġinali jkun naqas milli jissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 9;
(d)
oriġinatur, sponsor jew SSPE jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 18;
▼M1
(e)
titolizzazzjoni tiġi deżinjata bħala STS u oriġinatur, sponsor, jew SSPE ta' dik it-titolizzazzjoni jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e;
▼B
(f)
oriġinatur jew sponsor jagħmel notifika qarrieqa skont l-Artikolu 27(1);
(g)
oriġinatur jew sponsor ikun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 27(4); jew
(h)
parti terza awtorizzata skont l-Artikolu 28 naqset milli tinnotifika l-bidliet materjali tal-informazzjoni previsti skont l-Artikolu 28(1), jew kwalunkwe bidla oħra li tista’ raġonevolment titqies li taffettwa l-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti tagħha.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet amministrattivi u/jew il-miżuri ta’ rimedju huma implimentati b’mod effettiv. Dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 32 2.
|
L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw tal-inqas is-sanzjonijiet u l-miżuri li ġejjin f’każ tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1:
(a)
dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 37;
(b)
ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;
(c)
projbizzjoni temporanja li tipprevjeni kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li nżammet responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;
▼M1
(d)
fil-każ ta' ksur kif imsemmi fil-punt (e) jew (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, projbizzjoni temporanja li tipprevjeni lill-oriġinatur u lill-isponsor milli jinnotifikaw skont l-Artikolu 27(1) li titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e.
▼B
(e)
fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi għall-inqas ta’ EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Jannar 2018;
(f)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Jannar 2018 jew sa mhux aktar minn 10 % tal-fatturat annwali totali nett tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
), il-fatturat annwali totali nett rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali nett jew it-tip korrispondenti ta’ dħul b’konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilistiċi rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali;
(g)
sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi li tal-inqas jilħqu d-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (e) u (f);
▼M1
(h)
f'każ ta' ksur kif imsemmi fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, irtirar temporanju tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 għall-parti terza awtorizzata biex tivvaluta l-konformità ta' titolizzazzjoni mal-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e.
▼B
|
|
Artikolu 32 3.
|
Meta d-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel paragrafu japplikaw għal persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jikkonferixxu fuq l-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li japplikaw is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2, soġġett għall-kondizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali, fuq membri tal-korp maniġerjali, u fuq individwi oħrajn li huma responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 32 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri ta’ rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2 tkun motivata kif xieraq u tkun soġġetta għal dritt ta’ appell.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|