|
+Artikolu 45a 1. |
Artikolu 45a 1.Sal-1 ta' Novembru 2021, l-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-EIOPA, għandha tippubblika rapport dwar l-iżvilupp ta' qafas speċifiku ta' titolizzazzjoni sostenibbli għall-fini tal-integrazzjoni ta' rekwiżiti ta' trasparenza relatati mas-sostenibbiltà f'dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jivvaluta debitament b'mod partikolari:
(a)
l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti proporzjonati ta' divulgazzjoni u diliġenza dovuta relatati mal-impatti pożittivi u negattivi potenzjali tal-assi ffinanzjati minn skoperturi sottostanti fuq il-fatturi ta' sostenibbiltà;
(b)
il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fir-rigward ta' fatturi ta' sostenibbiltà fir-rigward tal-impatti pożittivi u negattivi fuq kwistjonijiet ambjentali, soċjali u relatati mal-governanza;
(c)
kif jistabbilixxi qafas speċifiku ta' titolizzazzjoni sostenibbli li jirrifletti jew jibbaża fuq prodotti finanzjarji koperti skont l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) 2019/2088 u jqis, fejn xieraq, ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 );
(d)
l-effetti possibbli ta' qafas ta' titolizzazzjoni sostenibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja, l-iskalar tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni u tal-kapaċità ta' self mill-banek. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|