+Artikolu 45a Żvilupp ta' qafas ta' titolizzazzjoni sostenibbli
---+Artikolu 45a 1.
---+Artikolu 45a 2.
---+Artikolu 45a 3.

Artikolu 45a Żvilupp ta' qafas ta' titolizzazzjoni sostenibbli

Żvilupp ta' qafas ta' titolizzazzjoni sostenibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45a 1.

Sal-1 ta' Novembru 2021, l-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-EIOPA, għandha tippubblika rapport dwar l-iżvilupp ta' qafas speċifiku ta' titolizzazzjoni sostenibbli għall-fini tal-integrazzjoni ta' rekwiżiti ta' trasparenza relatati mas-sostenibbiltà f'dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jivvaluta debitament b'mod partikolari:

(a) 

l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti proporzjonati ta' divulgazzjoni u diliġenza dovuta relatati mal-impatti pożittivi u negattivi potenzjali tal-assi ffinanzjati minn skoperturi sottostanti fuq il-fatturi ta' sostenibbiltà;

(b) 

il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fir-rigward ta' fatturi ta' sostenibbiltà fir-rigward tal-impatti pożittivi u negattivi fuq kwistjonijiet ambjentali, soċjali u relatati mal-governanza;

(c) 

kif jistabbilixxi qafas speċifiku ta' titolizzazzjoni sostenibbli li jirrifletti jew jibbaża fuq prodotti finanzjarji koperti skont l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) 2019/2088 u jqis, fejn xieraq, ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 );

(d) 

l-effetti possibbli ta' qafas ta' titolizzazzjoni sostenibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja, l-iskalar tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni u tal-kapaċità ta' self mill-banek.

Artikolu 45a 2.
Fl-abbozzar tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha fejn rilevanti, tirrifletti jew tibbaża fuq ir-rekwiżiti ta' trasparenza stabbiliti fl-Artikoli 3, 4, 7, 8 u 9 tar-Regolament (UE) 2019/2088 u tfittex kontribut mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea.
Artikolu 45a 3.
Flimkien mar-rapport ta' rieżami skont l-Artikolu 46, il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport tal-EBA msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħolqien ta' qafas ta' titolizzazzjoni sostenibbli speċifiku. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.