|
+Artikolu 1 2. |
Artikolu 1 2.Min jieħu l-kollateral u min jipprovdi l-kollateral, iridu jkunu t-tnejn jappartjenu għal wieħed mis-segwenti kategoriji:
(a)
awtorità pubblika (esklużi impriżi li huma garantiti pubblikament, sakemm ma jkunux jaqaw taħt il-punti (b) sa (e)), inkluż:
(i)
korpi mis-settur pubbliku ta' l-Istati Membri li jkunu responsabbli jew jintervjenu fit-tmexxija tad-dejn pubbliku, u
(ii)
korpi mis-settur pubbliku ta' l-Istati Membri awtorizzati sabiex iżommu kontijiet għall-konsumaturi;
(b)
bank ċentrali, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank għas-Settlements Internazzjonali, bank dwar l-iżvilupp multilaterali kif jissemmew fit-Taqsima 4 tal-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u ż-żamma ta’ negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid) ( 1 ), il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ewropew tal-Investiment;
(ċ)
istituzzjoni finanzjarja soġġetta għas-superviżjoni prudenzjali, nkluż:
(i)
istituzzjoni ta’ kreditu kif ġiet definita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi l-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva;
(ii)
impriża ta’ investiment kif ġiet definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( 2 );
(iii)
istituzzjoni finanzjarja kif ġiet definita fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2006/48/KE;
(iv)
impriża tal-assigurazzjoni kif ġiet definita fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet direttiva mhux dwar il-ħajja) ( 3 ) u impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ġiet definita fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ( 4 );
(v)
impriża għall-investiment kollettiv f'garanziji trasferibbli (IKFGT) kif definiti fl-Artiklu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-impriżi għall-investiment kollettiv f'garanziji trasferibbli (IKFGT) ( 5 );
(vi)
kumpannija ta' tmexxija kif definita fl-Artiklu 1a(2) tad-Direttiva 85/611/KEE;
(d)
kontroparti ċentrali, aġent ta' ħlas jew dar ta' tneħħija, kif definiti rispettivament fl-Artiklu 2(ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 98/26/KE, inklużi istituzzjonijiet simili regolati taħt il-liġi nazzjonali, li jaġixxu fil-futur, għażliet u swieq derivattivi sa l-estent mhux kopert minn dik id-Direttiva, u persuna, oltre persuna naturali, li taġixxi ġo amministrazzjoni fiduċjarja jew kapaċità rappreżentattiva għan-nom ta' kwalunkwe wieħed jew aktar persuni li jinkludu kwalunkwe persuni li għandhom f'idejhom ishma, jew persuni li għandhom f'idejhom forom oħra ta' debiti garantiti jew kwalunkwe istituzzjoni kif definita fil-punti (a) sa (d);
(e)
persuna oltre persuna naturali, nklużi azjendi mhux inkorporati u soċjetajiet, kemm-il darba l-parti l-oħra hija istituzzjoni kif definita fil-punti (a) sa (d). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|