+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.
Din id-Direttiva tistabbilixxi reġim tal-Komunità applikabbli għall-arranġamenti dwar il-kollateral finanzjarju li jissodisfaw il-ħtiġijiet mfassla f'paragrafi 2 u 5, u għall-kollateral finanzjarju skond il-kondizzjonijiet imfassla f'paragrafi 4 u 5.
Artikolu 1 2.

Min jieħu l-kollateral u min jipprovdi l-kollateral, iridu jkunu t-tnejn jappartjenu għal wieħed mis-segwenti kategoriji:

(a) 

awtorità pubblika (esklużi impriżi li huma garantiti pubblikament, sakemm ma jkunux jaqaw taħt il-punti (b) sa (e)), inkluż:

(i) 

korpi mis-settur pubbliku ta' l-Istati Membri li jkunu responsabbli jew jintervjenu fit-tmexxija tad-dejn pubbliku, u

(ii) 

korpi mis-settur pubbliku ta' l-Istati Membri awtorizzati sabiex iżommu kontijiet għall-konsumaturi;

▼M1

(b) 

bank ċentrali, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank għas-Settlements Internazzjonali, bank dwar l-iżvilupp multilaterali kif jissemmew fit-Taqsima 4 tal-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u ż-żamma ta’ negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid) ( 1 ), il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ewropew tal-Investiment;

▼B

(ċ) 

istituzzjoni finanzjarja soġġetta għas-superviżjoni prudenzjali, nkluż:

▼M1

(i) 

istituzzjoni ta’ kreditu kif ġiet definita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi l-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva;

(ii) 

impriża ta’ investiment kif ġiet definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( 2 );

(iii) 

istituzzjoni finanzjarja kif ġiet definita fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(iv) 

impriża tal-assigurazzjoni kif ġiet definita fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet direttiva mhux dwar il-ħajja) ( 3 ) u impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ġiet definita fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ( 4 );

▼B

(v) 

impriża għall-investiment kollettiv f'garanziji trasferibbli (IKFGT) kif definiti fl-Artiklu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-impriżi għall-investiment kollettiv f'garanziji trasferibbli (IKFGT) ( 5 );

(vi) 

kumpannija ta' tmexxija kif definita fl-Artiklu 1a(2) tad-Direttiva 85/611/KEE;

(d) 

kontroparti ċentrali, aġent ta' ħlas jew dar ta' tneħħija, kif definiti rispettivament fl-Artiklu 2(ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 98/26/KE, inklużi istituzzjonijiet simili regolati taħt il-liġi nazzjonali, li jaġixxu fil-futur, għażliet u swieq derivattivi sa l-estent mhux kopert minn dik id-Direttiva, u persuna, oltre persuna naturali, li taġixxi ġo amministrazzjoni fiduċjarja jew kapaċità rappreżentattiva għan-nom ta' kwalunkwe wieħed jew aktar persuni li jinkludu kwalunkwe persuni li għandhom f'idejhom ishma, jew persuni li għandhom f'idejhom forom oħra ta' debiti garantiti jew kwalunkwe istituzzjoni kif definita fil-punti (a) sa (d);

(e) 

persuna oltre persuna naturali, nklużi azjendi mhux inkorporati u soċjetajiet, kemm-il darba l-parti l-oħra hija istituzzjoni kif definita fil-punti (a) sa (d).

Artikolu 1 3.
Stati Membri jistgħu jeskludu mill-iskop ta' din id-Direttiva, arranġamenti dwar kollateral finanzjarju fejn waħda mill-partijiet hija persuna msemmija fil-paragrafu 2(e).

Jekk jagħmlu użu minn din l-għażla l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra tagħha.

Artikolu 1 4.
►M1  
(a) 

Il-kollateral finanzjarju li jrid jiġi pprovdut għandu jikkonsisti fi flus kontanti, strumenti finanzjarji jew talbiet għal kreditu;

 ◄
(b) 

Stati Membri jistgħu jeskludu mill-iskop ta' din id-Direttiva, kollateral finanzjarju li jikkonsisti mill-ishma ta' min qed jipprovdi l-kollateral stess, ishma f'impriżi affiljati fi ħdan it-tifsira tas-seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati ( 6 ), u ishma f'impriżi li l-iskop esklussiv tagħhom huwa li jkollhom mezz ta' produzzjoni li huma essenzali għan-negozju ta' min jipprovdi l-kollateral jew li jkollhom propjeta immobli.

▼M1

(c) 

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-ambitu ta’ din id-Direttiva talbiet għal kreditu meta d-debitur ikun konsumatur kif iddefinit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi ( 7 ) jew intrapriża mikro jew żgħira kif definita fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2(2) u (3) tal-anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ mikro-intrapriżi u ta’ intrapriżi żgħar u medji ( 8 ), ħlief fejn ir-riċevitur tal-kollateral jew il-fornitur tal-kollateral ta’ talbiet għal kreditu bħal dawn ikun wieħed mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 1 5.
Din id-Direttiva tapplika għall-kollateral finanzjarju, ladarba tkun ġiet ipprovduta u jekk dik l-għotja tkun tista tiġi testimonjata bil-mikub.

Ix-xhieda ta' l-għoti ta' kollateral finanzjarju għandha tippermetti għall-identifikazzjoni tal-kollateral finanzjarju li għalih japplika. Għal dan il-għan, huwa biżżejjed li jiġi ppruvat illi l-kollateral tal-garanziji tat-tiniżżil fil-ktieb, ikunu ġew ikkreditati ġo kont magħżul. ►M1  Għal talbiet għal kreditu, l-inklużjoni f’lista ta’ talbiet imressqin bil-miktub, jew b’mod legalment ekwivalenti, lir-riċevitur tal-kollateral hija biżżejjed sabiex tidentifika t-talba għal kreditu u biex tagħti prova tal-forniment tat-talba pprovduta bħala kollateral finanzjarju bejn il-partijiet. ◄

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-inklużjoni f’lista ta’ talbiet imressqin bil-miktub, jew b’mod legalment ekwivalenti, lir-riċevitur tal-kollateral hija wkoll biżżejjed sabiex tidentifika t-talba għal kreditu u biex tagħti prova tal-forniment tat-talba pprovduta bħala kollateral finanzjarju kontra d-debitur u/jew il-partijiet terzi.

Din id-Direttiva tapplika għall-arranġamenti dwar il-kollateral finanzjarju, jekk dak l-arranġament jista jkun testimonjat bil-miktub jew b'manjiera legali ekwivalenti.

Artikolu 1 6.
L-Artikoli 4 sa 7 ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-ebda restrizzjoni fuq l-infurzar ta’ arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju jew ebda restrizzjoni fuq l-effett ta’ arranġament ta’ kollateral finanzjarju ta’ garanzija, dispożizzjoni ta’ close out netting jew ta’ tpaċija imposta skont it-Titolu IV Kapitolu V jew VI tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), jew tat-Titolu V, Kapitolu III, Taqsima 3, jew il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) jew għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din imposta bis-saħħa ta’ setgħat simili fid-dritt domestiku ta’ Stat Membru biex tiffaċilita r-riżoluzzjoni ordinata ta’ kwalunkwe entità msemmija fil-punt (c)(iv) jew (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li hija soġġetta għal salvagwardji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu IV Kapitolu VII tad-Direttiva 2014/59/UE jew fit-Titolu V, Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2021/23.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0047
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.