|
+Artikolu 1 4. |
Artikolu 1 4.
►M1
(a)
Il-kollateral finanzjarju li jrid jiġi pprovdut għandu jikkonsisti fi flus kontanti, strumenti finanzjarji jew talbiet għal kreditu;
(b)
Stati Membri jistgħu jeskludu mill-iskop ta' din id-Direttiva, kollateral finanzjarju li jikkonsisti mill-ishma ta' min qed jipprovdi l-kollateral stess, ishma f'impriżi affiljati fi ħdan it-tifsira tas-seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati ( 6 ), u ishma f'impriżi li l-iskop esklussiv tagħhom huwa li jkollhom mezz ta' produzzjoni li huma essenzali għan-negozju ta' min jipprovdi l-kollateral jew li jkollhom propjeta immobli.
(c)
L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-ambitu ta’ din id-Direttiva talbiet għal kreditu meta d-debitur ikun konsumatur kif iddefinit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi ( 7 ) jew intrapriża mikro jew żgħira kif definita fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2(2) u (3) tal-anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ mikro-intrapriżi u ta’ intrapriżi żgħar u medji ( 8 ), ħlief fejn ir-riċevitur tal-kollateral jew il-fornitur tal-kollateral ta’ talbiet għal kreditu bħal dawn ikun wieħed mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|