|
+Artikolu 1 5. |
Artikolu 1 5.Din id-Direttiva tapplika għall-kollateral finanzjarju, ladarba tkun ġiet ipprovduta u jekk dik l-għotja tkun tista tiġi testimonjata bil-mikub. Ix-xhieda ta' l-għoti ta' kollateral finanzjarju għandha tippermetti għall-identifikazzjoni tal-kollateral finanzjarju li għalih japplika. Għal dan il-għan, huwa biżżejjed li jiġi ppruvat illi l-kollateral tal-garanziji tat-tiniżżil fil-ktieb, ikunu ġew ikkreditati ġo kont magħżul. ►M1 Għal talbiet għal kreditu, l-inklużjoni f’lista ta’ talbiet imressqin bil-miktub, jew b’mod legalment ekwivalenti, lir-riċevitur tal-kollateral hija biżżejjed sabiex tidentifika t-talba għal kreditu u biex tagħti prova tal-forniment tat-talba pprovduta bħala kollateral finanzjarju bejn il-partijiet. ◄ Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-inklużjoni f’lista ta’ talbiet imressqin bil-miktub, jew b’mod legalment ekwivalenti, lir-riċevitur tal-kollateral hija wkoll biżżejjed sabiex tidentifika t-talba għal kreditu u biex tagħti prova tal-forniment tat-talba pprovduta bħala kollateral finanzjarju kontra d-debitur u/jew il-partijiet terzi. Din id-Direttiva tapplika għall-arranġamenti dwar il-kollateral finanzjarju, jekk dak l-arranġament jista jkun testimonjat bil-miktub jew b'manjiera legali ekwivalenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|