+Artikolu 4 L-enforzar ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.

Artikolu 4 L-enforzar ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju

L-enforzar ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi meta jseħħ avveniment t'enforzar, min jakkwista l-kollateral għandu jkun jista jirrealizza permezz tas-segwenti, kwalunkwe kollateral finanzjarju pprovdut taħt, u soġġett għat-termini mifthiema f'arranġament dwar il-kollateral finanzjarju tal-garanzija:

(a) 

strumenti finanzjarji permezz ta' bejgħ jew approprjazzjoni u permezz ta' tpaċija tal-valur tagħhom kontra, jew billi jiġi applikat il-valur tagħhom waqt l-iskarigu ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti;

(b) 

flus kontanti permezz ta' tpaċija ta' l-ammont kontra, jew billi jiġi applikat bħala skarigu ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti;

▼M1

(c) 

talbiet għal kreditu, permezz ta’ bejgħ jew approprjazzjoni u permezz ta’ tpaċija tal-valur tagħhom kontra, jew billi jiġi applikat il-valur tagħhom waqt li jwettqu l-obbligi finanzjarji rilevanti.

▼B

Artikolu 4 2.

L-approprjazzjoni hija biss possibli meta:

(a) 

din tkin ġiet mifthiema bejn il-partijiet, fl-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija; u

▼M1

(b) 

il-partijiet ikunu ftiehmu fl-arranġament kollaterali finanzjarju ta’ sigurtà dwar il-valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u t-talbiet għal kreditu.

Artikolu 4 4.

Il-manjieri ta' kif jiġi realizzat il-kollateral finanzjarju li għalih saret referenza fil-paragrafu 1, għandhom ikunu soġġetti għat-termini mifthiema fl-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija:

(a) 

għandu jkun ingħata avviż dwar l-intenzjoni għall-irrealizzar, minn qabel;

(b) 

it-termini ta' l-irrealizzar ikun approvati minn kwalunkwe qorti, uffiċċjal pubbliku jew persuna oħra;

(ċ) 

ir-realizazzjoni għandha tkun kondotta permezz ta' rkant pubbliku, jew permezz ta' kwalunkwe manjiera oħra preskritta; jew

(d) 

kwalunkwe terminu ieħor miżjud, irid ikun skada.

Artikolu 4 5.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jidħol fis-seħħ skond it-termini tiegħu, nonostante l-inizzjalar jew il-kontinwazzjoni tal-proċeduri ta' xoljiment jew miżuri ta' organizazzjoni mill-ġdid, dwar minn jipprovdi l-kollateral jew min jakkwista l-kollateral.
Artikolu 4 6.
Dan l-Artiklu u l-Artiklu 5, 6 u 7, għandhom ikunu bla ħsara għal kwalunkwe ħtiġijiet taħt il-liġi nazzjonali bl-effett li r-realizzar jew l-ivvalutar tal-kollateral finanzjarju u l-kalkolu ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti, għandhom ikunu kondotti b'manjiera kummerċjail raġonevoli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0047
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.