+Artikolu 8 Ċerti dispożizzjonijiet dwar il-falliment ma' japplikawx
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
|
Artikolu 8 Ċerti dispożizzjonijiet dwar il-falliment ma' japplikawx
Ċerti dispożizzjonijiet dwar il-falliment ma' japplikawx
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju, kif ukoll il-għoti ta' kollateral finanzjarju taħt dan l-arranġament, jista ma jiġix dikjarat invalidu jew bla effett, jew li jiġi mdawwar a bażi biss li l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jkun ġie fis-seħħ, jew il-kollateral finanzjarju jkun ġie pprovdut:
(a)
fil-jum li fih jinbdew il-proċeduri dwar ix-xoljiment, jew il-miżuri dwar l-organizazzjoni mill-ġdid, iżda qabel l-ordni jew digriet li bih jinbdew; jew
(b)
f'terminu preskritt qabel, u definit permezz ta' referenza għall-inizzjalar ta' dawn il-proċeduri jew miżuri jew permezz ta' referenza għall-għoti ta' kwalunkwe ordni jew digriet, jew it-teħid ta' kwalunkwe azzjoni oħra jew okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment ieħor fil-kors ta' dawn il-proċeduri jew miżuri.
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-Istati Membri għandhom jassiguraw meta jkun ġie fis-seħħ arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rilevanti, jew ikun ġie pprovdut il-kollateral finanzjarju fil-jum ta' iżda wara l-mument ta' l-inizzjalar tal-proċeduri ta' xoljiment jew miżuri ta' organizazzjoni mill-ġdid, għandu jkun enforzabbli legalment u li jorbot fuq terzi persuni jekk min ikun akkwista l-kollateral jista jipprova li ma kienx konxju, jew lanqas ma suppost kien jaf, bl-inizzjalar ta' dawn il-proċeduri jew miżuri.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Meta l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jkun fih:
(a)
obbligazzjoni sabiex jiġi pprovdut il-kollateral finanzjarju jew kollateral finanzjarju addizzjonali sabiex ikun jista jieħu kont tal-bidliet fil-valur tal-kollateral finanzjarju jew fl-ammont ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti, jew
(b)
dritt sabiex jiġi rtirat il-kollateral finanzjarju, permezz ta' sostituzzjoni jew skambju, kollateral finanzjarju ta' l-istess valur,
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-għoti tal-kollateral finanzjarju, kollateral finanzjarju addizzjonali jew sostituzzjoni jew kollateral finanzjarju dwar tibdil taħt dik l-obbligazzjoni jew dritt, m'għandux jiġi ttrattat bħala invalidu jew imdawwar jew dikjarat bla effett a bażi biss illi:
(i)
dan l-għoti jkun sar fil-jum li jkunu ġew inizzjati l-proċeduri ta' xoljiment jew organizazzjoni mill-ġdid, iżda qabel l-ordni jew digriet li tkun inizzjalat dawn il-proċeduri, jew f'terminu preskritt qabel ma', u definit permezz ta' referenza għal inizzjalar tal-proċeduri dwar ix-xoljiment miżuri ta' organizazzjoni mill-ġdid jew permezz ta' referenza għall-għoti ta' kwalunkwe ordni jew digriet jew it-teħid ta' kwalunkwe azzjoni oħra jew okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment ieħor fil-kors ta' dawn il-proċeduri jew miżuri; u/jew
(ii)
l-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti jkunu saru qabel id-data ta' l-għoti tal-kollateral finanzjarju, kollateral finanzjarju addizzjonali, jew kollateral finanzjarju ta' sostituzzjoni jew tibdil.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Bla ħsara għall-paragrafi 1, 2 u 3, din id-Direttiva ma taffettwax ir-regoli ġenerali dwar il-liġi nazzjonali dwar il-falliment, in relazzjoni ma' n-nullita ta' negozji li jkunu saru matul it-terminu preskritt li għalih saret referenza fil-paragrafu 1(b) u fil-paragrafu 3(i).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0047
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|