+Artikolu 8 3.

Artikolu 8 3.

Meta l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jkun fih:

(a) 

obbligazzjoni sabiex jiġi pprovdut il-kollateral finanzjarju jew kollateral finanzjarju addizzjonali sabiex ikun jista jieħu kont tal-bidliet fil-valur tal-kollateral finanzjarju jew fl-ammont ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti, jew

(b) 

dritt sabiex jiġi rtirat il-kollateral finanzjarju, permezz ta' sostituzzjoni jew skambju, kollateral finanzjarju ta' l-istess valur,

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-għoti tal-kollateral finanzjarju, kollateral finanzjarju addizzjonali jew sostituzzjoni jew kollateral finanzjarju dwar tibdil taħt dik l-obbligazzjoni jew dritt, m'għandux jiġi ttrattat bħala invalidu jew imdawwar jew dikjarat bla effett a bażi biss illi:

(i) 

dan l-għoti jkun sar fil-jum li jkunu ġew inizzjati l-proċeduri ta' xoljiment jew organizazzjoni mill-ġdid, iżda qabel l-ordni jew digriet li tkun inizzjalat dawn il-proċeduri, jew f'terminu preskritt qabel ma', u definit permezz ta' referenza għal inizzjalar tal-proċeduri dwar ix-xoljiment miżuri ta' organizazzjoni mill-ġdid jew permezz ta' referenza għall-għoti ta' kwalunkwe ordni jew digriet jew it-teħid ta' kwalunkwe azzjoni oħra jew okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment ieħor fil-kors ta' dawn il-proċeduri jew miżuri; u/jew

(ii) 

l-obbligazzjonijiet finanzjarji rilevanti jkunu saru qabel id-data ta' l-għoti tal-kollateral finanzjarju, kollateral finanzjarju addizzjonali, jew kollateral finanzjarju ta' sostituzzjoni jew tibdil.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0047
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.