7. Meta CCP tkun biħsiebha tattiva l-pjan ta’ rkupru tagħha, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar in-natura u l-kobor tal-problemi li tkun identifikat, billi tispjega ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha u tindika l-miżuri ta’ rkupru jew miżuri oħrajn li tkun biħsiebha tieħu biex tindirizza s-sitwazzjoni kif ukoll il-limitu ta’ żmien previst biex tirrestawra s-solidità finanzjarja tagħha permezz tal-użu ta’ dawk il-miżuri kkonċernati.
Meta l-awtorità kompetenti tqis li miżura ta’ rkupru li s-CCP jkollha l-ħsieb li tieħu tista’ tikkawża effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja jew li x’aktarx mhux ser tkun effettiva, hija tista’ teżiġi li s-CCP toqgħod lura milli tieħu dik il-miżura.
Wara n-notifika li tkun irċeviet skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tivvaluta jekk iċ-ċirkostanzi jeżiġux l-użu ta’ setgħat ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 18.