+Artikolu 9 Pjanijiet ta’ rkupru
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
---+Artikolu 9 7
---+Artikolu 9 8
---+Artikolu 9 9
---+Artikolu 9 10
---+Artikolu 9 11
---+Artikolu 9 12
---+Artikolu 9 13
---+Artikolu 9 14
---+Artikolu 9 15
---+Artikolu 9 16
---+Artikolu 9 17
---+Artikolu 9 18
---+Artikolu 9 19
---+Artikolu 9 20
---+Artikolu 9 21
---+Artikolu 9 22
---+Artikolu 9 23
|
Artikolu 9 Pjanijiet ta’ rkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1
|
1. Is-CCPs għandhom ifasslu u jżommu pjan ta’ rkupru li jipprevedi l-miżuri li għandhom jittieħdu kemm f’każ ta’ eventi ta’ inadempjenza kif ukoll f’każ ta’ eventi mhux ta’ inadempjenza, u taħlit tat-tnejn, sabiex jirrestawraw is-solidità finanzjarja tagħhom mingħajr ebda appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, u biex ikunu jistgħu jkomplu jipprovdu funzjonijiet kritiċi wara deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew riskju ta’ ksur tar-rekwiżiti ta’ kapital u prudenzjali tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|
|
Artikolu 9 2
|
2. Il-miżuri inklużi fil-pjan ta’ rkupru għandhom:
|
(a)
|
jindirizzaw b’mod komprensiv u effikaċi r-riskji kollha identifikati fix-xenarji differenti, inkluż nuqqasijiet ta’ likwidità mhux koperti possibbli;
|
|
(b)
|
fil-każ ta’ telf minħabba event ta’ inadempjenza, jiżguraw l-istabbiliment mill-ġdid ta’ valur kontabilistiku rikonċiljat u l-allokazzjoni sħiħa ta’ telf mhux kopert lil membri tal-ikklerjar, u lill-klijenti tagħhom jekk dawk il-klijenti jkunu kredituri diretti tas-CCP, u lill-azzjonisti, b’kont meħud tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati kollha;
|
|
(c)
|
jinkludu arranġamenti ta’ assorbiment tat-telf li jkunu adegwati biex ikopru t-telf li jista’ joriġina mit-tipi kollha ta’ eventi mhux ta’ inadempjenza; u
|
|
(d)
|
jippermetti r-rikostituzzjoni tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP, inkluż il-fondi proprji tagħha, għal livell suffiċjenti sabiex is-CCP tissodisfa l-obbligi tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u biex jiġi appoġġat it-tħaddim kontinwu u f’waqtu tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP.
|
|
|
Artikolu 9 3
|
3. Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi qafas ta’ indikaturi, ibbażati fuq il-profil tar-riskju tas-CCP, li jidentifikaw iċ-ċirkostanzi li fil-kuntest tagħhom għandhom jittieħdu l-miżuri fil-pjan ta’ rkupru. L-indikaturi jistgħu jkunu ta’ natura kwalitattiva jew kwantitattiva fir-rigward tas-solidità finanzjarja u l-vijabilità operazzjonali tas-CCP u għandhom jippermettu li l-miżuri ta’ rkupru jittieħdu kmieni biżżejjed biex jipprovdu żmien suffiċjenti biex jiġi implimentat il-pjan.
|
|
Artikolu 9 4
|
4. Is-CCPs għandhom ikollhom fis-seħħ arranġamenti xierqa għall-monitoraġġ regolari tal-indikaturi msemmija fil-paragrafu 3. Is-CCPs għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar l-eżitu ta’ dak il-monitoraġġ. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu informazzjoni lill-kulleġġ tas-superviżuri, meta jqisu li din l-informazzjoni tkun sinifikanti.
|
|
Artikolu 9 5
|
5. Sat-12 ta’ Frar 2022, f’kooperazzjoni mal-BERS, l-ESMA għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika l-lista minima ta’ indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 9 6
|
6. Is-CCPs għandhom jinkludu dispożizzjonijiet fir-regoli operattivi tagħhom, li jiddeskrivu l-proċeduri li jridu jsegwu meta, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proċess ta’ rkupru, jipproponu li:
|
(a)
|
jieħdu l-miżuri previsti fil-pjan ta’ rkupru tagħhom, minkejja l-fatt li ma jkunux ġew issodisfati l-indikaturi rilevanti; jew
|
|
(b)
|
joqogħdu lura milli jieħdu miżuri previsti fil-pjan ta’ rkupru tagħhom, minkejja l-fatt li jkunu ġew issodisfati l-indikaturi rilevanti.
|
Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu u l-ġustifikazzjoni tagħha għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 9 7
|
7. Meta CCP tkun biħsiebha tattiva l-pjan ta’ rkupru tagħha, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar in-natura u l-kobor tal-problemi li tkun identifikat, billi tispjega ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha u tindika l-miżuri ta’ rkupru jew miżuri oħrajn li tkun biħsiebha tieħu biex tindirizza s-sitwazzjoni kif ukoll il-limitu ta’ żmien previst biex tirrestawra s-solidità finanzjarja tagħha permezz tal-użu ta’ dawk il-miżuri kkonċernati.
Meta l-awtorità kompetenti tqis li miżura ta’ rkupru li s-CCP jkollha l-ħsieb li tieħu tista’ tikkawża effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja jew li x’aktarx mhux ser tkun effettiva, hija tista’ teżiġi li s-CCP toqgħod lura milli tieħu dik il-miżura.
Wara n-notifika li tkun irċeviet skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tivvaluta jekk iċ-ċirkostanzi jeżiġux l-użu ta’ setgħat ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 18.
|
|
Artikolu 9 8
|
8. L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-kulleġġ superviżorju, u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinforma minnufih lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe notifika li tirċievi f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 u mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7, u bi kwalunkwe struzzjoni sussegwenti mill-awtorità kompetenti f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7.
Meta l-awtorità kompetenti tkun infurmata skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tillimita jew tipprojbixxi kwalunkwe remunerazzjoni ta’ ekwità u strumenti ttrattati bħala ekwità, inkluż pagamenti ta’ dividendi u riakkwisti min-naħa tas-CCP, kemm jista’ jkun mingħajr ma jkun ikkawżat event ta’ inadempjenza, u tista’ tillimita jew tipprojbixxi kwalunkwe pagament ta’ remunerazzjoni varjabbli kif definit mill-politika ta’ remunerazzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, benefiċċji pensjonistiċi diskrezzjonarji jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment superjuri kif definit fil-punt 29 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|
|
Artikolu 9 9
|
9. Is-CCPs għandhom, mill-inqas darba fis-sena u fi kwalunkwe każ wara kwalunkwe bidla fl-istruttura ġuridika jew organizzazzjonali jew fis-sitwazzjoni finanzjarja jew tan-negozju tagħhom li jista’ jkollha effett materjali fuq dawk il-pjanijiet jew li altrimenti tkun teħtieġ bidla fil-pjanijiet, jirrieżaminaw, jittestjaw u, meta meħtieġ, jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu li s-CCPs jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom aktar ta’ spiss.
|
|
Artikolu 9 10
|
10. Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jitfasslu f’konformità mat-Taqsima A tal-Anness u jieħdu kont tal-interdipendenzi rilevanti kollha fi ħdan il-grupp li s-CCP tagħmel parti minnu. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu li s-CCPs jinkludu informazzjoni addizzjonali fil-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom. Fejn rilevanti, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-impriża prinċipali tas-CCP.
|
|
Artikolu 9 11
|
11. Il-pjanijiet ta’ rkupru:
|
(a)
|
ma għandhom jirċievu jew jassumu l-ebda aċċess għal għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali jew assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta skont termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard.
|
|
(b)
|
għandhom jikkunsidraw l-interessi tal-partijiet interessati kollha li x’aktarx jiġu affettwati mill-pjan, inkluż il-membri tal-ikklerjar u, sakemm l-informazzjoni tkun disponibbli, il-klijenti diretti u indiretti tagħhom; u
|
|
(c)
|
għandhom jiżguraw li l-membri tal-ikklerjar ma jkollhomx skoperturi bla limitu lejn is-CCP u t-telf potenzjali u n-nuqqas ta’ likwidità tal-partijiet ikkonċernati jkunu trasparenti, miżurabbli, jistgħu jiġu ġestiti u kontrollabbli.
|
|
|
Artikolu 9 12
|
12. Sat-12 ta’ Frar 2022, l-ESMA, f’kooperazzjoni mal-BERS, għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika aktar il-firxa ta’ xenarji li għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta toħroġ dawn il-linji gwida, l-ESMA għandha tqis, fejn xieraq, eżerċizzji superviżorji tal-ittestjar tal-istress.
|
|
Artikolu 9 13
|
13. Meta s-CCP tkun parti minn grupp u l-ftehimiet ta’ appoġġ kuntrattwali tal-grupp jew tal-impriża prinċipali jiffurmaw parti mill-pjan ta’ rkupru, il-pjan ta’ rkupru għandu jikkontempla xenarji li fihom dawk il-ftehimiet ma jistgħux jiġu onorati.
|
|
Artikolu 9 14
|
14. Wara event ta’ inadempjenza jew event mhux ta’ inadempjenza, CCP għandha tuża ammont addizzjonali mir-riżorsi proprji ddedikati prefinanzjati tagħha, qabel ma tuża l-arranġamenti u l-miżuri msemmija fil-punt 15 tat-Taqsima A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.. Dak l-ammont ma għandux ikun inqas minn 10 %, u lanqas ogħla minn 25 % tar-rekwiżiti ta’ kapital ibbażati fuq ir-riskju kkalkulati skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Sabiex tikkonforma ma’ dak ir-rekwiżit, is-CCP tista’ tuża l-ammont tal-kapital li jkollha, flimkien mar-rekwiżiti kapitali minimi tagħha, biex tikkonforma mal-livell limitu ta’ notifika msemmi fl-att delegat adottat abbażi tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|
|
Artikolu 9 15
|
15. L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u wara li tikkonsulta mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu u ż-żamma tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji prefinanzjati li għandhom jintużaw skont l-paragrafu 14. Meta tiżviluppa dawk l-istandards tekniċi, l-ESMA għandha tqis dawn kollha li ġejjin:
|
(a)
|
l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tas-CCPs u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom;
|
|
(b)
|
l-istruttura tal-inċentivi tal-azzjonisti, il-maniġment u l-membri tal-ikklerjar tas-CCPs u tal-klijenti tal-membri tal-ikklerjar;
|
|
(c)
|
l-adegwatezza għas-CCPs, skont il-valuti li fihom huma espressi l-istrumenti finanzjarji li huma jikklerjaw, il-valuti aċċettati bħala kollateral u r-riskju li jirriżulta mill-attivitajiet tagħhom, b’mod partikolari meta huma ma jikklerjawx derivati OTC kif definit fil-punt (7) tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jinvestu dak l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji dedikati f’assi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament; u
|
|
(d)
|
ir-regoli li japplikaw għas-CCPs ta’ pajjiżi terzi u l-prattiki tagħhom, kif ukoll l-iżviluppi internazzjonali li jikkonċernaw l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs, sabiex tiġi ppreservata l-kompetittività tas-CCPs tal-Unjoni attivi internazzjonalment, u l-kompetittività tas-CCPs tal-Unjoni meta mqabbla ma’ CCPs ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar fl-Unjoni.
|
Meta l-ESMA tikkonkludi, abbażi tal-kriterji msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, li huwa adatt li ċerti CCPs jinvestu dak l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji prefinanzjati f’assi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, hija għandha tispeċifika wkoll:
|
(a)
|
il-proċedura li permezz tagħha, f’każ li dawk ir-riżorsi ma jkunux disponibbli minnufih, is-CCPs jistgħu jirrikorru għal miżuri ta’ rkupru li jeħtieġu l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti.
|
|
(b)
|
il-proċedura li s-CCPs għandhom isegwu biex sussegwentement jirrimborżaw lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti msemmija fil-punt (a) sal-ammont li għandu jintuża skont il-paragrafu 14 ta’ dan l-Artikolu.
|
L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 9 16
|
16. Matul il-proċess tat-tfassil tal-pjan, is-CCP għandha tiżviluppa mekkaniżmi adegwati biex tinvolvi lill-FMIs marbuta u lill-partijiet konċernati li jġarrbu telf, spejjeż jew li jikkontribwixxu biex jiġi kopert in-nuqqas ta’ likwidità f’każ li l-pjan ta’ rkupru ġie implimentat.
|
|
Artikolu 9 17
|
17. Il-bord tas-CCP għandu jivvaluta, wara li jqis il-parir tal-kumitat tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u japprova l-pjan ta’ rkupru qabel jippreżentah lill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 9 18
|
18. Meta l-bord tas-CCP ikun iddeċieda li ma jsegwix il-parir tal-kumitat tar-riskju, huwa għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 28(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u jispjega d-deċiżjoni tiegħu fid-dettall lill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 9 19
|
19. Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jiġu integrati fil-governanza korporattiva u fil-qafas ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju tas-CCP.
|
|
Artikolu 9 20
|
20. Il-miżuri stabbiliti fil-pjanijiet ta’ rkupru li joħolqu obbligi finanzjarji jew kuntrattwali fuq il-membri tal-ikklerjar u, fejn rilevanti, il-klijenti u l-klijenti indiretti, FMIs jew ċentri tan-negozjar konnessi għandhom jiffurmaw parti mir-regoli operattivi tas-CCPs.
|
|
Artikolu 9 21
|
21. Is-CCPs għandhom jiżguraw li l-miżuri stabbiliti fil-pjanijiet ta’ rkupru jkunu infurzabbli f’kull ħin fil-ġurisdizzjonijiet kollha fejn huma lokalizzati l-membri tal-ikklerjar, FMIs jew ċentri tan-negozjar konnessi.
|
|
Artikolu 9 22
|
22. L-obbligu tas-CCPs li fil-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom jinkludu d-dritt li jagħmlu sejħa għal flus għal irkupru u, jekk applikabbli, li jnaqqsu l-valur ta’ kwalunkwe qligħ pagabbli mis-CCPs lil membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti ma għandux ikun applikabbli għall-entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1(4) u 1(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
|
|
Artikolu 9 23
|
23. Il-membri tal-ikklerjar għandhom jikkomunikaw lill-klijenti tagħhom b’mod ċar u trasparenti jekk il-miżuri fil-pjan ta’ rkupru tas-CCP jistgħux jaffettwawhom u b’liema mod.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|