1. Is-CCPs għandhom jikkooperaw kif meħtieġ fit-tfassil tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u jipprovdu lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tagħhom, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti tagħhom, bl-informazzjoni neċessarja kollha għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet, inkluż l-informazzjoni u l-analiżi speċifikati fit-Taqsima B tal-Anness.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bi kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu li hija diġà disponibbli għalihom.