5. Meta, wara erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jkun naqas milli jaqbel dwar deċiżjoni konġunta, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b’kont meħud tal-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni matul il-perijodu ta’ erba’ xhur. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika bil-miktub id-deċiżjoni lis-CCP u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.