+Artikolu 14 Proċedura ta’ koordinazzjoni għall-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
---+Artikolu 14 6
---+Artikolu 14 7
|
Artikolu 14 Proċedura ta’ koordinazzjoni għall-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1
|
1. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tibgħat lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni abbozz ta’ pjan ta’ riżoluzzjoni, l-informazzjoni provduta f’konformità mal-Artikolu 13 u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 14 2
|
2. Il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandu jaqbel dwar deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-pjan ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe bidliet fih f’perijodu ta’ erba’ xhur minn meta dak il-pjan jintbagħat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-ESMA tiġi pprovduta bl-informazzjoni kollha li hija rilevanti għar-rwol tagħha f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 14 3
|
3. L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista’, f’konformità mal-Artikolu 4(4), tiddeċiedi li tinvolvi awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi meta tfassal u tirrevedi tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, sakemm huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 73 u jkunu ġejjin minn ġurisdizzjonijiet fejn hija stabbilita kwalunkwe entità minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-impriża prinċipali tas-CCP, fejn applikabbli;
|
|
(b)
|
il-membri tal-ikklirjar tas-CCP meta l-kontribuzzjoni tagħhom għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP tkun, fuq bażi aggregata fuq perijodu ta’ sena, ogħla minn dawk tal-Istat Membru terz bl-ogħla kontribuzzjonijiet kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
(c)
|
is-sussidjarji tas-CCP, fejn applikabbli;
|
|
(d)
|
fornituri oħrajn ta’ servizzi kruċjali lis-CCP;
|
|
|
Artikolu 14 4
|
4. L-ESMA tista’, fuq talba ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni, tassisti lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jieħu deċiżjoni konġunta f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 14 5
|
5. Meta, wara erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, il-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni jkun naqas milli jaqbel dwar deċiżjoni konġunta, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b’kont meħud tal-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni matul il-perijodu ta’ erba’ xhur. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika bil-miktub id-deċiżjoni lis-CCP u lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 14 6
|
6. Meta, sa tmiem il-perijodu ta’ erba’ xhur imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, ma jkunx intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta u maġġoranza sempliċi ta’ membri bid-dritt tal-vot ma taqbilx mal-proposta tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal deċiżjoni konġunta dwar kwistjoni fir-rigward tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, kwalunkwe wieħed mill-membri bid-dritt tal-vot ikkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza, jista’ jirreferi dik il-kwistjoni lill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistenna d-deċiżjoni meħuda mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u għandha tiddeċiedi skont id-deċiżjoni tal-ESMA.
Il-perijodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-fażi ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mir-riferiment tal-kwistjoni lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perijodu ta’ erba’ xhur jew wara li jkun intlaħaq qbil dwar deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 14 7
|
7. Meta tittieħed deċiżjoni konġunta skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni jew ministeru kompetenti jqisu, skont il-paragrafu 6, li s-suġġett tan-nuqqas ta’ qbil jinterferixxu mar-responsabbiltajiet fiskali tal-Istat Membru tagħhom, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP għandha tibda rivalutazzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|