4. Wara li tikkunsidra l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati f’konformità mal-Artikolu 36(15) tad-Direttiva 2014/59/UE u adottati skont l-Artikolu 36(16) tagħha, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-metodoloġija għall-kalkolu tar-riżerva għat-telf addizzjonali li għandu jiġi inkluż fil-valwazzjonijiet proviżorji.
L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.