+Artikolu 26 Valwazzjoni proviżorja
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
---+Artikolu 26 4

Artikolu 26 Valwazzjoni proviżorja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1

1.   Il-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25(2) għandhom jitqiesu bħala valwazzjonijiet proviżorji.

Il-valwazzjonijiet proviżorji għandhom jinkludu riżerva għat-telf addizzjonali u ġustifikazzjoni xierqa għal dik ir-riżerva.

Artikolu 26 2

2.   Meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni abbażi ta’ valwazzjoni proviżorja, huma għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni definittiva hekk kif ikun prattiku.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-valwazzjoni definittiva msemmija fl-ewwel subparagrafu:

(a)

tippermetti r-rikonoxximent sħiħ ta’ kwalunkwe telf tas-CCP fil-kotba tagħha;

(b)

tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni bil-għan li jitnaqqsu l-pretensjonijiet tal-kredituri jew jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas f’konformità mal-paragrafu 3.

Artikolu 26 3

3.   Meta l-istima tal-valwazzjoni definittiva tal-valur tal-assi nett tas-CCP tkun ogħla mill-istima tal-valwazzjoni proviżorja tal-valur tal-assi nett tas-CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’:

(a)

iżżid il-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri affettwati li jkunu ġew valwati negattivament jew ristrutturati;

(b)

teżiġi li CCP tranżitorja tagħmel pagament ulterjuri ta’ korrispettiv fir-rigward tal-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew, skont il-każ, fir-rigward tal-istrumenti ta’ sjieda lis-sidien ta’ dawk l-istrumenti.

Artikolu 26 4

4.   Wara li tikkunsidra l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati f’konformità mal-Artikolu 36(15) tad-Direttiva 2014/59/UE u adottati skont l-Artikolu 36(16) tagħha, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-metodoloġija għall-kalkolu tar-riżerva għat-telf addizzjonali li għandu jiġi inkluż fil-valwazzjonijiet proviżorji.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.